Il-Bibljoteka
Apostolika Vatikana
Insiru nafu lil-Prefett, ir-Reverendu Monsijur Cesare Pasini
Prefett tal-Bibljoteka Apostolika Vatikana
Frank Zammit
Daħla
L-awtur, mal-Prefett, r-Reverendu Monsinjur Cesare Pasini
Il-Bibljoteka Apostolika Vatikana hija l-bibljoteka li
s-Santa Sede ffondat fil-Vatikan sa
mis-seklu erbatax eżattament fil-pontifikat tal-Papa Nicolo V, Tomaso Parentucelli
li kien ħadem ħafna sabiex il-Knisja jkollha l-ewwel librerija moderna tagħha.
Madankollu kien il-Papa Sistu IV li ddikjara l-uffiċjalizzazjoni
tal-Bibljoteka Apostolika Vatikana permezz
tal-Bolla 'Ad decorem militantis
Ecclesiae', datata fil-15 ta' Ġunju 1475.
Tlett ijiem wara, l-istess Papa kien ħatar lil Bartolomeo Sacchi
magħruf aħjar bħala Platina bħala l-ewwel Prefett ta' din il-bibljoteka.

Bartolomeo Sacchi magħruf ahjar 'Platina.'
Is-swali li fihom hija ospitata din il-bibljoteka huma mżejna bil-ġenjalità ta' pitturi ta'
fama rinaxximentali bħal Melozzo ta' Forli ,
Antoniazzo Romano, u l-aħwa ċelebri Domenico u David Ghirlandaio, artisti li għexu
bejn l-1430 u l-1525.
Il-pittur ċelebri Domenico Ghirlandaio
Fil-fatt fil-ħin li kont qiegħed nikteb dan l-artiklu l-Papa ħabbar
n-nomina tal-Arċisqof Franċiż Jean Louis Brugues O.P., imwieled f'Bagnerres de
Bigorre bħala l-Arkivista u
l-Bibljotekarju l-ġdid tal-Knisja Kattolika Apostolika Rumana. Qabel, dan
il-prelat kien iservi fil-Kongreġazzjoni
tal-Edukzjoni Kattolika fir- rwol ta' Segretarju. Dan seħħ wara li
l-Papa aċċetta r-riżenja tal-Kardinal Raffaele Farina, sależjan ta' 79 sena li
rreżenja minħabba li kien għalaq il-75 sena, liema età hija l-limitu ta' età meta
prelat ikun għandu jippreżenta r-riżenja tiegħu lill-Papa skond kif hu stabbilit
fil-liġi kanonika.
Imma llum ser niltaqgħu mal-Prefett tal-Bibljoteka
Apostolika Vatikana, r-Reverendu
Monsinjur Cesare Pasini. Saċerdot umli u dejjem bi tbissima fuq fommu. Ejja
naraw x'kellu xi jwieġeb għal-mistoqsijiet tiegħi.

Il-Librerija Ambrosjana
1. Min hu
r-Reverendu Monsinjur Cesare Pasini ?
Min hu ? Jien saċerdot tad-Djoċesi ta’ Milan, ordnat fl-1974. Studjajt
tlett snin f’Ruma fl-Istitut Pontifiċju u għalhekk imħejji biex ngħallem dwar
il-‘Padri’ tal-Knisja. F’dak iż-żmien ma kienx hemm istitut apposta. L-Augustinianum
kien għadu qed jieħu l-ewwel passi tiegħu u għalhekk jien studjajt hemm. U
għalhekk ksibt din il-formazzjoni daqsxejn orjentali, tal-Knejjes tal-Lvant. U
wara t-tgħalim tal-Missirijiet tal-Knisja fis-seminarju u wara (lħaqt) Viċi
Prefett tal-Libreria Ambrosiana sal-25 ta’ Ġunju tal-2007.
2. Kif twieldet
il-vokazzjoni saċerdotali tiegħek ?
Twieldet b’mod sempliċi ħafna. Bħal meta jitwieldu xewqat profondi fi ħdan
ħajja nisranija normali marbuta ma’ parroċċa, marbuta wkoll b’kuntatti ta’
spiss mal-ambjenti tal-assoċjazzjoniiet.
Niftakar li bħala tifel kull filgħodu fis-seba, fis-seba w nofs, inservi
l-quddies fiċ-ċpar ta’ Milan…. Hekk f’ħin minnhom tinbet xi intuwizzjoni.
3. Tista’ tirrakkonta xi aneddotu
taż-żmien meta kont seminarista?
Anedotti partikolari le għaliex kelli ħajja
ordnata u regolari ħafna. Nista’ ngħid
ukoll li kienet kostruttiva, pożittiva, tranqwilla. Mhux hekk? Dażġur....dan li
mhux aneddotu hu element li ġiegħelni nirrefletti. Dħalt fir-raba’ sena
tal-ġinnasju jiġifieri kelli erbatax il-sena u dak iż-żmien għal min ried,
is-seminarju kien jibda fil-prima medja u għalhekk tlett snin qabel ma dħalt
jien.
Min kien jidħol kienu jgħidulu noviżż. Konna
tletin noviżż fil-klassi li mit-terza media kont titla’ fil-kwarta ġinnasio. U
għalħekk konna mija u sebgħin student fil-kwarta ġinnasio. Meta sħabi kienu
bdew fil-prima media kienu mitejn. Wara l-għażliet, is-selezzjoni,
d-deċiżjoniiet ta’ tfal għadħom żgħar jistgħu jinbidlu. Għalhekk konna qedin
iffullati fis-seminarju u għaddejt il-kwinta ġinnasio nofs f’San Pietru u nofs
f’post ieħor. Lanqas ma setgħu jiġbru
klassi flimkien għax kellhom jużaw l-ispażji kemm jistgħu. Kien żmien ta’
vokazzjonijiet qawwi ħafna.

Il-Bibljoteka Apostolika Vatikana
4. Kif waslitlek in-nomina ta’ Prefett
tal-Biblioteka Apostolika Vatikana?
Waslitli b’telefonata biex jitolbuni n-numru
tal-mowbajl għaliex is-seġretarju tal-iStat ried ikellimni direttament,
immedjatament. Billi ma kontx nuża il-mowbajl ta’ spiss, kienet problema fuq
l-oħrajn biex inkun aċċessibbli. Fil-fatt ma tkellimt ma ħadd ħlief
is-Seġretarju tal-iStat li qalli li kelli appuntament għall-21 ta’ Ġunju
fis-Segreterija tal-iStat. Għedtlu: “Kollox sew, iżda għaliex?” “Ma nafux”
Fil-21 ta’ Ġunju sirt naf għaliex. Kien li stajt nilħaq Prefett tal-Biblioteka.
Qalli: “Trid tiddeċiedi minnufih għax il-Papa se jżur il-Biblioteka fil-25 ta’
Ġunju u jkollu jsemmi n-nomina tiegħek. Hekk. Kont għadni kemm nixtri iżjed xkaffi għall-kotba
għad-dar xi ġimgħa qabel.
5. X’ifisser li tkun prefett tal-Bibljoteka Apostolika Vatikana?
Ifisser li tipprova tmexxi din il-Bibljoteka
skond it-tradizzjoni tagħha, skond is-serviżż li tat tul is-sekli., li tat
lill-istudjużi f’isem il-Knisja. U f’ċertu sens, f’isem il-Papa stess peress li
hi l-Biblioteka tal-Papa. Titlob li wieħed jidħol fil-ħafna inizjattivi,
mekkaniżmi u komplessità tagħha. Hemm ħamsa u disgħin impjegat tal-fiss u
oħrajn li jikkollaboraw, li jaħdmu fil-koperattiva ta’ disinfestazzjoni eċċetra
u għalhekk hi realtà tassew komplessa fejn hemm kollaborazzjoni f’livelli
differenti. Mill-viċi prefett, fuqu hemm il-bibljotekarju… kulħadd jaħdem
b’kapaċità kbira u nista’ ngħid ukoll b’ħafna dedikazzjoni u għaqal. L-istaff hu motivat u kompetenti ħafna. Dan
jippermetti lill-prefett li ma jitgħaffiġx taħt il-piż ta’ din l-organizzazzjoni
kollha li hemm bżonn bħala biblijoteka..mhux bħala kapaċità ta’ persuna waħda
għax ħadd ma jista’ jippretendi li jkolllu tant kapaċitajiet…imbagħad hemm
il-laboratorju tar-restawr fotografiku.
Hemm il-katalogazzjoni tal-manuskritti u tal-(oġġetti) stampati, hemm
il-muniti. Il-medalji huma realtà varjata għall-aħħar u trid issir
id-diġitalizzazzjoni. Għalhekk huma oqsma kompletament differenti li wieħed
irid jiffaċċjahom kull wieħed skond l-ambjent tiegħu, skond il-kriteri tiegħu,
ir-regoli tiegħu. Nista’ ngħid li ħu xogħol ta’ tim iżda wkoll ta’ flimkien
b’xeħta mill-iżjed umana, ta’ familja, li imbagħad jippermettilna li naffrontaw
ħidma bħal din serenament.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI jżur il-Bibljoteka Apostolika Vatikana
6. Liem’huma l-miri tal-illustri prefettorat tiegħek?
Naħseb li għandhom ikunu dawk tal-Biblijoteka u
dawk tal-Biblijoteka minn dejjem mit-twaqqif tagħha. Biex infissirhomlok, huma
dawk ta’ Biblijoteka li taqdi lill-istudjużi u bil-kapaċità li tikkonserva dak
kollu li għaddewli biex inħarsu mħux biss dak li hu ġid kulturali iżda bħala
stil ukoll, li nħarsu u ngħixu bil-kapaċità u l-għodod li għandi llum. U
għalhekk dawk l-aspetti kollha tat-tip informatiku li nista’ nuża llum biex
ngħarraf lill-barranin jew biex norganizza s-servizz, id-diversi modi ta’
aċċess jew il-materjal komputerizzat jew mod ieħor. Nista’ ngħid li hu serviżż
li jipprova jikkonferma dak li hemm fl-ispirtu ta’ din l-istituzzjoni u waqt li
jikkonfermah ifittex li jrendih fattibbli llum bl-għodod l-iżjed moderni u
l-iżjed elaborati li għandna llum. Għandna niftakru li din l-istituzzjoni
għandha nifs universali. U nifs umanistiku, l-umaniżmu jgħid li kull ħaġa li
tagħmel għandħa tkun imsejsa fuq il-bniedem, it-tagħlim, ir-riċerka, fin-nofs
dejjem il-bniedem. Ir-riċerka għandha ssir dejjem b’mod xieraq. Ma nfittxux li
nagħmlu xi spot pubbliċitarju jew li nsibu xi ħaġa li malajr iġġibek quddiem
id-dinja kollha. Hi ħidma fit-tul, ta’ sabar, xi kulltant immerija, dejjem
iċċekkjata minn ħaddieħor. Inti tfittex, ifittex ħaddieħor, u bil-mod il-mod
ir-(riċerka) tinfetaħ lil kullħadd billi xi ftit kollha kemm aħna qedin nagħmlu
dan ix-xogħol ġejjin mnejn ġejjin jew għaliex hi kultura miftuħa għad-djalogu u
biex tiltaqa’ ma’ kulturi oħra. Imbagħad hemm l-universalità tal-oqsma
tal-għerf u mħux tal-kultura tal-filosofija jew tar-reliġjon tal-kristjaniżmu.
Hi l-kultura tal-oqsma kollha, tal-istorja, tal-litteratura, tal-mediċina,
tal-dritt, liema oqsma jikkompetu biex jirriċerkaw biċċiet mill-verità,
żerriegħa tal-verità. U mwettqa bi spirtu nisrani mingħajr ma nimponih
lill-mistednin tiegħi... jfisser li fir-riċerka dejjem wieħed jitqarreb lejn
dak il-Logos il-kbir li hi l-kelma vera, awtentika u definittiva. Kull min jirriċerka jersaq (lejha) u Pawlu VI
kien jgħid u Benedettu XVI fl-aħħar
messaġġ tiegħu tal-2010 (qabel miegħu) li kull min jirriċerka għandu xi ħaġa
monastika fih. U qal hekk minħabba d-dixxiplina li titlob minnek ir-riċerka. Ma
tieħux frott minnufih, trid tiddedika il-ħin, l-enerġija u t-tbatija, mhux
ħekk ? Għaliex bilkemm wieħed jintebaħ li jkun qed jersaq lejn Alla, jaf
jew ma jafx, u mingħajr ma dan ikun ifisser xi nuqqas ta’ aċċettazzjoni lejn
peruni li ġejjin mnejn ikunu ġejjin fit-twemmin jew fl-ideoloġija jew livell
soċjali jew ħaġ’oħra. U l-istess nafu f’din il-ħidma ta’ għerf.
7. Kif inħi orġanizzata il-Biblijoteka?
Hi orġaniżżata fi tlett dipartimenti u diversi
uffiċċji oħra billi l-biblijoteki antiki għandhom il-kotba iżda jiġbru wkoll
materjal ieħor. Bħallikieku l-għerf jiġbed lejh aspetti oħra tal-għerf.
B’kollox it-tlett dipartimenti huma dak tal-manuskritti li fi ħdanu fih kemm
il-kodiċi manuskritti kemm il-manuskritti
li għandhom parti mill-arkivju. U għalhekk hemm dawn iż-żewġ oqsma
fid-dipartiment tal-manuskritti. Id-dipartiment tal-(materjal) stampat, dawk li
għandu l-akbar numru ta’ oġġetti, il-manuskritti huma mija u tmenin elf : tmenin elf il-kodiċi
manuskritti u mitt elf il-manuskritti tal-arkivju. Allura jsiru mija u tmenin
elf. Fost il-materjal stampat għandna miljun u sitt mitt elf oġġett stampat.
In-numru hu kbir iżda ukoll meta mqabbel ma’ (dak) tal-akbar istituzzjonijiet.
In-numru tal-bibljoteki l-kbar ta’ Pariġi jew ta’ Londra kollha għandhom
il-ġabra tal-istat u għalhekk għandhom numru ħafna akbar iżda hi kwistjoni ta’
kwantità tal-kwalità tal-volumi marbuta ma’ ċertu oqsma. Aħna għandna probabbilment
il-qasam l-iżjed importanti tad-dinja f’volumi marbuta mal-epoka umanistika
rinaxximentali : erba’, ħames mitt, sitt mitt elf, kemm bħala manuskritti
kemm bħala stampati. Id-dipartiment tal-(materjal) stampat fih l-istampi,
l-inċiżjonijiet, il-mammiet tal-inċiżjonijiet tal-istampi, id-disinji. Għandna
ġabra sinjura ta’ disinji, dawk tal-Bernini
minn tal-ewwel. Bejn stampi u disinji naslu għall-mitt elf.
Imbagħad hemm it-tielet dipartiment; manuskritti,
stampati u medaljieri jiġifieri muniti u medalji, dan ukoll sinjur ħafna. Biex ngħid is-sewwa kienet sinjura ħafna iżda
mbagħad inġarret għal Pariġi fi żmien Napuljun u għalħekk kellha….fil-fatt ma
nġabitx lura….kellha tinġabar..iżda bħalissa sinjura ħafna kemm f’medalji ta’
żmien ir-Rumani kemm f’muniti Rumani kemm f’muniti tal-Papiet. Meta ġie
Napuljun ħa biċċa minn kollox (Bibljoteka u Arkivju Siġriet) mill-manuskritti,
mill-arkivji, mill-volumi stampati. Sostanżjalment kollox inġab lura ħlief kif
għedtlek.
8. Għal min hi miftuħa l-Biblijoteka?
Il-Biblijoteka hi miftuħa għall-istudjużi kollha
appuntu ġejjin mnejn ikun ġejjin, ta’ kull twemmin, ta’ kull qasam ta’ riċerka
jekk ikunu jistgħu juru li huma kompetenti u ppreparati. Ukoll minħabba li
kieku kellu jiġi xi ħadd li mhux preparat kif jixraq ma jkunx jaf kif jaħdem u
kif juża l-materjal tagħna. U għalhekk ikun hemm problemi miż-żewġ naħat. Min
jiġi u mhux imħejji għar-realtà speċifika ta’ din l-istitużjoni jqegħdna
fir-riskju li ntuh f’idejh materjal delikat li għandu jiġi ttrattat b’ċertu mod
(u mhux) minn nies li mhumiex imħarrġa. Għalhekk issir verifika tal-karattru
kulturali tal-persuna li tiġi, tat-taħriġ kulturali. Jekk ikun professur li
jgħallem kollox sew, jekk ikun student fl-università, li hu l-grad l-iżjed
baxx, ma jistax jiġi jekk mhux għax ikollu jistudja ċertu materjal li jkun hawn
speċifikament. F’każ bħal dan il-professur tiegħu irid jiktbilna biex jagħmel
tajjeb għalih.

Papiru
9. Sewwa sew x’inhu l-patrimonju li tikkonserva l-Biblijoteka?
Semmejt din il-kwantità ta’ manuskritti, ta’
volumi stampati, inċiżjonijiet, stampi, muniti, medalji, nista’ ntenni
in-numru. Għandna tmenin elf manuskritt, mitt elf oġġett fl-arkivju u miljun u
sitt mitt elf volum stampat li minnhom tmint elef u disa’ mija inkunamboli
(stampati qabel l-1500) imbagħad tlett
mitt elf stampa, disinji u xi mija u ħamsin elf, tlett mitt elf munita-medalja.
Inżid ukoll li fil-biblijoteka hemm tpinġija, l-iżjed ritratti, per eżempju
tal-Kardinali minn nofs is-seklu ħmistax li kellhom dan ir-rwol fil-biblijoteka
u għalhekk fis-sala pubblika u f’xi uħud mhux pubbliċi għandna s-sekwenza
kollha ta’ dawn it-tpinġijiet u xi oħrajn fil-biblijoteka. Din mhix
l-ispeċjalità tagħna iżda hawn dawn ukoll. Qabel żmienna il-biblijoteka kellha
wkoll gallerija, l-hekk imsejħa gallerija tal-Biblijoteka fil-Mużew
tal-Vatikan. U għalhekk kellha materjal ieħor l-hekk imsejjaħ mużew sagru u
l-mużew profan li beda jinġabar mis-seklu sittax. Illum dan kollu għadda
lill-mużejiet u għalhekk il-biblijoteka ħadet karattru aktar ta’ ġid
bibljotekarju.
10. Kif jitħarrġu dawk li jaħdmu fil-biblijoteka?
Naħseb li jiġu nies li diġà jkollhom it-taħriġ
partikolari għaliex ħaġa min jiġi għall-laboratorju fotoġrafiku u oħra min jiġi
għar-restawr, ieħor biex jikkataloga il-volumi stampati u ieħor biex jagħmel
katalogu tal-manuskritti, biex nagħti eżempju. L-istess (jgħodd) għal min jiġi
(jaħdem) fil-qasam tal-medalji u l-muniti jew fil-qasam tad-disinji. Il-Biblijoteka
fiha wkoll skola biblijotekarja li madankollu mhix biex xi ħadd jidħol jaħdem
fil-Biblijoteka Vatikana iżda hi post fejn jitħarrġu nies li wara jkunu jistgħu
jaħdmu fil-biblijoteki u għalhekk xi minn daqqiet jista’ jiġri li fiha
jitħarreġ min wara jiġi jaħdem għandna. Imbagħad hemm introduzzjoni, fi ħdan
il-biblijoteka, fid-diversi uffiċċji biex wieħed isir jaf kif jinħadem
ix-xogħol f’dak l-uffiċċju partikolari. Dażġur iżjed ma jikber in-numru ta’
nies (li jaħdmu fil-biblijoteka) iżjed ma jsir speċjalizzat. Għaddejjin minn
żmien li kullħadd jaf li hemm tfitxxija kbira għall-impjieġi u għalhekk
nirċievu numru kbir u varjat ta’ talbiet. Jiddispjaċini li ma nistgħux
nilqgħuhom, ma nistgħux nilqgħuhom mħux biss meta ma jkunx hemm post
disponibbli iżda ukoll għaliex jkollna noqgħodu għal ċerti kriterji stretti li
għandhom is-superjuri tagħna. Iżda lanqas ma nistgħu nieħdu nies li ma jkunux
imħarrġa speċifikament. Għalhekk għandu jkollhom preparazzjoni fi studji
klassiċi, studji orjentalistiċi, fil-kitba orjentali jew fil-qasam fotografiku
jew taħriġ partikolari fir-restawr jew ħaġ’oħra.

Il-Papiru Bodmer
11. Tista’ ssemmi xi dokumenti importanti li nsibu fil-Biblijoteka
tal-Vatikan?
Hemm minn kollox u din dejjem il-mistoqsija
l-iżjed iebsa. U fost affarijiet oħra, qabel ma nwieġeb naħseb f’xi manuskritti
straordinarji. Dażġur hemm ukoll muniti, medalji, disinji. Qabel semmejt dawk
ta’ Bernini, ta’ Bottiċelli, id-Divina Commedia illustrata minn Bottiċelli.
Fost il-muniti interessanti (għandna) munita żgħira tad-deheb tas-sena tminn
mija minn fost dawk imħarsa ħdejn il-qabar ta’ San Pietru. Billi mhux
il-pelleġrini kollha setgħu joffru munita tad-deħeb bilfors kienet ta’ xi ħadd
famuż. U billi dak iż-żmien hemm dokumentazzjoni litterarja li kien ġie
darbtejn Karlu Manju : darba meta ikkurunawh imperatur u meta ġie bħala
pellegrin u xeħet munita fuq il-qabar ta’ Pietru. Jista’ jkun li kienet dik li
xeħet Karlu Manju biex jonora lil San Pietru. Jekk inħarsu lejn il-manuskritti
l-aħħar donazzjoni kbira hi dik tal-benefattur Amerikan Frank J. Hanna li kien
xtara mill-Fondażjoni Bodmer il-papiru tal-vanġelu skond Luqa u Ġwanni, għal
raġunijiet paleoġrafiċi jitqies li dan il-papiru nkiteb x’is-sena mitejn, mija
u tmenin, mitejn u għoxrin. Għalħekk hu papiru li fih it-test ta’ San Ġwann
(miktub) bilkemm mitt sena wara li kien ikkomponieh San Ġwann. Għax ikkomponieh
madwar is-sena mija jew ftit qabel. Bilkemm mija u tletin sena wara nkiteb
il-vanġelu skond San Luqa. Fuq il-papiru. U kellu ċertu daqs iżda ma setgħux
imorru iżjed ‘l hemm billi l-papiru hu materjal fraġili u jitfarrak jekk wieħed
ikebbeb numru kbir wisq ta’ folji.
U għalhekk ma setgħux iqegħdu (flimkien) l-erba’
vanġeli li xorta waħda kellhom diġà jeżistu billi għandna wieħed wara l-ieħor
lil Luqa u lil Ġwanni mhux ħaġa kbira li dik il-komunità kella wkoll ta’ Marku
u ta’ Mattew. Għalhekk għandna
dokumentazzjoni fiżika. Għandna wkoll folji u għalhekk dokumentazzjoni
mill-istess żmien li tistqarr, fir-renju tal-Papa Ljun, li tgħid li l-Knisja
kienet laqgħet erba’ vanġeli; Mattew, Marku, Luqa u Ġwanni. Fost affarijiet
oħra hu test li kollox ma kollox jiġġarantixxi it-test ta’ dik ix-xhieda kbira
l-oħra li għandna wkoll, l-hekk imsejjaħ kodiċi B, kodiċi tal-Vatikan bil-Grieg
li fih il-Bibbja bil-Ġrieġ fit-traduzzjoni tal-Antik Testment mill-Lhudi għall-
Grieg dik l-hekk imsejħa tas-sittin u t-testment il-Ġdid bil-Grieg oriġinali. U
meta nqabblu il-vanġeli ta’ Luqa u Ġwanni fil-papiru ma’ dawk manuskritti
tar-raba’ seklu nintebħu li hemm l-istess xhieda testwali li biha dak tar-raba’
seklu hu ggarantit minn dak tat-tieni seklu li jiġi qablu u għalhekk ħwejjeġ
mill-akbar. Dażġur hemm manuskritti li jitkellmu dwar kultura universali u
għalhekk manuskritti ta’ kulturi mill-iżjed varjati u jagħti xhieda ukoll ta’
ħwejjeġ mill-akbar. Per eżempju żewġ manuskritti ta’ Virġilju wieħed tar-raba u
l-ieħor tas-sitt seklu li waslu s’għandna f’parċmina sabiħa li fiha tpinġija
tal-illiadi, tpinġija li l-iskolastiċi kienu jżidu biex iżejnu il-manuskritti u
li wieħed isibhom mingħajr ma jkun qed jistennihom min jistudja lil dan l-awtur. Jew inkella dak il-manuskritt il-Progiano
Messikan 1 li jwasslilna kitba fl-hekk imsejjħa kitba pittorika ċioà alfabet li
permezz ta’ tpinġija kkulurita prekolumbjana ta’ qabel il-wasla ta Cristoforo
Colombo fl-Amerika u li minnhom ma baqa’ ftit li xejn billi dawk il-kulturi
antiki għebu u l-konkwistaduri ma ħarsux dan il-ġid. Iżda f’dan il-każ tibqa’
mħards xhieda prezzjuża.
12. Il-Biblijoteka Apostolika Vatikana twaqqfet minn Niċolo V. X’rwol
imissa taqdi skond ir-rieda tiegħu ?
Niċolo V għex fid-dinja umanistika u kien
umanista u għalhekk ġab f’din lil-biblioteka li waqqaf l-ispirtu tal-umaniżmu
li hu l-ispirtu tal-ftuħ tal-kulturi ta’ dak iż-żmien. Hawn jibda approċċ
mad-dinja Griega-Biżantina dritt wara il-Konċilju ta’ Firenze tal-1439 li
għalih kienu ġew il- Griegi iżda wara ma setgħux ikomplu. …iżda li saret bejn
il-Lvant u l-Punent. F’dak il-waqt Niċolo V inqeda b’dan l-ewwel approċċ biex
iżid l-għerf u l-akkwisti ta’ manuskritti ukoll biex jaqlibhom għall-Latin. Għalhekk hi biblioteka mdaqqsa bi perċentwali
qawwija ta’ oġġetti Griegi u minnufih wara l-ispirtu ta’ Niċolo V iwassal biex
jidħlu manuskritti Lhud u wara ta’ kulturi oħra. L-ispirtu umanistiku ta’ Niċolo V hu dak ta’
min jitlob li ssir riċerka fis-sorsi, li wieħed jimxi skond il-bżonn, li wieħed
jirriċerka s-sorsi u li jwessa’ il-ħarsa lejn il-varji kulturi u l-varji oqsma
tal-kultura. Hu s-serviżż ta’ min jaf il-facultatis li bihom tinbena
l-universitas. U jgħid : Dan li
għandna x’niżviluppaw ! U niżviluppawh bħala servizz nisrani tas-Santa
Sede. Għaliex is-Santa Sede temmen fil-kultura. U taf li kull approċċ kulturali
u approċċ li japprofondixxi il-valuri tal-bniedem u jressaq il-verità
tal-bniedem lejn l-aqwa verità.
13. Veru li l-Biblioteka Vatikana qegħda tiddiġitalizza il-patrimonju
tagħha ?
Veru u minn ġurnata għall-oħra jitfasslu proġetti
konkreti ħafna biex tinbena flimkien din il-ħidma kbira. Huma t-tmenin elf
manuskritt li qedin naħsbu fihom bħalissa. Il-kotba stampati jista’ jkun li
jinstabu band’oħra iżda l-manuskritti huma xi ħaġa għalihom u għalhekk imiss li
jiġu diġitalizzati qabel. Tmenin elf manuskritt ta’ ħames mitt faċċata l-wieħed
jiġu miljuni ta’ folji u jsiru biljuni ta’ byte
li jkollna inħarsu u għalhekk hemm kwistjonijiet fondamentali li għandna
niddeċiedu dwar il-format li għandu jintuża u mbagħad dwar kif għandna nużawh
biex niġġarantixxu l-long time
conservation. Għaliex ma tistax tagħmel opra bħal din mill-iżjed għaljin u
daqsxejn delikata fuq il-manuskritti. Ma nistgħux nagħmluha llum u mbagħad
ngħidu Jiddispjaċini ma ħadmitx, tlifna d-data – jkollna nerġgħu nagħmluha!’ Dan
kien ikun atteġġament irraġonevoli u għalhekk b’riflessjoni bħal din u għażliet
minn dawn li miexjin. Fl-istess waqt għandi ngħid li ftit ftit qedin jidħlu
għaliha istituzzjonijiet li jridu jisponsorizzaw għaliex jagħrfu l-valur
kulturali tal-manuskritt bħala ġid tal-umanità. Allura li niddiġitalizzaw
ifisser li meta nagħmlu dan il-ġid aċċessibbli b’dan il-mod inkunu qedin inwettqu
servizz lill-umanità.
Hemm sponsors li jaqsmu magħna jew ma’ kumpaniji
oħra dan il-ħsieb, il-kapaċitajiet tekniċi tagħhom, għaliex jagħrfu il-kobor
ta’ din l-opra. B’ċertu mod jagħmluha ta’ appoġġ u jaħdmu flikien. Bħalissa
qedin f’nofs ta’ baħar. Xi proġetti bdew per eżempju mal-università ta’
Heidelberg u proġett iffinanżjat mill-fondazzjoni Polonski li qedin inmexxu ma’
l-università ta’ Oxford.
Il-Qdusija Tieghu, l-Papa Ljun XIII
14. Liema kienu l-Papiet fl-epoka moderna l-iżjed li vvaloriżżaw
il-biblijoteka?
Nistgħu nibdew minn Ljun XIII fl-aħħar tas-seklu
tmintax. Lilu nafu l-ammirazzjoni għall-biblijoteka bħala biblijoteka ta’
konsultazzjoni moderna u għalhekk biblijoteka attenta li tiżviluppa u li trendi
aċċessibbli il-ġabriet ta’ volumi stampati tagħha permezz ta’ sala ta’
konsultazzjoni tal-volumi stampati għall-istudji u mod ieħor tal-bqija
tal-Biblijoteka. Kien iż-żmien tal-prefett imbagħad Kardinal Ehrle, Franziskus
Ehrle, u warajh ġie l-Prefett Ratti għal biss erba’ jew ħames snin li wara sar
Papa Piji XI. Dan ta spinta mill-aqwa fl-aspett strutturali. Inbena il-maħżen
tal-volumi stampati li llum ukoll għadu jesa’ sew billi ġab it-travi
mill-Amerika u nieda l-kuntatti ma’ biblijoteki fl-Istati Uniti u għalhekk
fis-snin tletin beda l-katalogazzjoni moderna tal-volumi stampati
f’kollaborazzjoni anke f’dak iż-żmien bejn l-istituzzjonijiet. Is-snin ta’ Piju
XI kienu tassew intensi fil-ħidma tal-biblioteka u fl-innovazzjoni
tal-biblioteka. Bħala intrepreti tal-ispirtu tal-biblijoteka Pawlu VI kien
kbir, bniedem li għaraf jindika dawk il-valuri li konna qedin insemmu qabel
matul din l-intervista. Fi żmien Piju XI kien jinżel fil-biblioteka. Jgħidu li
nhar ta’ Ħadd kien jiġi jara l-biblioteka tiegħu meta kienu qedin jaħdmu dak
il-maħżen. Kien jiġi jara kif kien sejjer ix-xogħol. B’ċertu mod kien jieħu
post il-Prefett u post ħaddieħor biex jivverifika dawn l-affarijiet. Bħala
Pawlu VI ma kellux ħin jiġi iżda baqa’ jieħu interess. Il-Papa Benedettu XVI
joqgħod attent ħafna għall-biblijoteka. Nafu li kellu xewqa li jilħaq
biblijotekarju. Nafu li tul dawn ix-xogħolijiet il-Kardinal Bibliotekarju,
il-Kardinal Farina intlaqa’ mill-Papa li l-ewwel mistoqsija tiegħu kienet
« Kif sejjer ix-xogħol ? Kif sejjer ix-xogħol ? » Fl-ittra
uffiċjali li bagħat lill-Kardinal Bibliotekarju u lill-impjeġati kollha meta
reġgħet infetħet il-Biblioteka f’Novembru 2010, dwar il-prinċipji li taħdem
biħom il-Biblijoteka, il-missjoni tagħha…tkellimna ħafna dwar dawn il-prinċipji
matul din l-intervista….f’mument minnhom jgħid li l-Biblijoteka Apostolika
Vatikana mhix strument li s-Santa Sede tista’ tagħżel li ma tħaddmux iżda hu
strument li s-Santa Sede trid tħaddmu bilfors fis-servizz Petrin minħabba
il-valur tagħha bħala magħġuna fl-istorja u b’hekk turi kemm il-ministeru
Petrin hu strument tal-istorja u sensibbli għaliha. Għalhekk din frażi qawwija
ħafna li tagħtina dinjità u responsabbiltà wkoll.
15. Id-dokumenti konservati fil-Biblijoteka Apostolika Vatikana, kemm huma
ta’ għajnuna għall-Knisja biex taffronta problemi attwali ?
Naħseb li aktarx mhemmx każi speċfiċi ta’ dan.
Veru li għandna dokumentażjoni li f’dan jew dak il-każ tista’ tkun utli u
meħtieġa u għalhekk, jekk ikun hemm talba, aħna inwieġbuħa. Naħseb li
ir-risposta l-iżjed importanti hi dik li għadni kemm tajt jiġifieri dak is-sens
ta’ importanza tal-istorja li hi fondamentali għal istituzzjoni bħalmhi
l-Knisja Kattolika, li tgħix fit-tradizzjoni, it-tradizzjoni fis-sens teoloġiku
ta’ din il-kelma u għalhekk b’verità milqugħa u mħarsa. Biblijoteka fejn dejjem
wieħed jagħraf il-valur tal-istorja. L-aspett fondamentali tar-riċerka
fl-istorja jagħti bla waqfien dan il-messaġġ u għalhekk jagħti dan l-appoġġ ta’
attwalità tal-akbar importanża. Nispjeġa billi ngħid b’dak li qal il-Papa
Benedettu XVI : Fil-Knisja ma nimxux b’qabżiet li jħallu l-imgħoddi
warajhom iżda nimxu f’progress kontinwu li jżomm u jgħożż it-tradizzioni li
rċevejna. Kull ma ġie mill-imgħoddi ma nistgħux narmuh meta jkunu għaddew xi
snin jew xi ġranet. Isservi biex tirfed din l-indikazzjoni fondamentali li hi
fir-realtà tal-Kristjaniżmu u tal-Knisja li tkun tradizzjoni.
No comments:
Post a comment