Friday, 5 October 2012

Għamlu dan b'Tifkira Tiegħi!




In Meam Commemorationem

6 t'Ottubru 2012






L-Eminenza Reverendissima Tiegħu
Il-Kardinal Odilo Pedro Scherer
Kardinal Presbiteru ta' San Andrea aQuirinale
Arċisqof ta' Sao Paolo

L-E.R.T. Il-Kardinal Odilo Pedro Scherer


Intervista

Kif twieldet fik il-vokazzjoni saċerdotali?

Fit-tfulija u fl-ambjent tal-familja li normalment kienet waħda reliġjuża. Dejjem ħsibt li s-saċerdozju dejjem kien is-sejħa tiegħi.


Tista’ tirrakontalna xi anedottu taż-żmien meta l-Eminenza Tiegħek kont għadek fis-seminarju?

Kont inħobb nistudja ħafna l-lingwi, però ma kontx immur tajjeb fil-kimika.


Il-Katidral ta' Kristu Re, f'Toledo, fil-Para


Għandek xi rikordju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħek u li tista’ taqsamha magħna?

Għandi ħafna rikordji. L-ordinazzjoni episkopali tiegħi seħħet fil-Katidral ta’ Kristu Re, fid-djoċesi tal-oriġini tiegħi, dik ta’ Toledo, fl-istat tal-Parana fit-2 ta’ Frar 2002. Allura kienet il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Kont ħassejt ferħ profond!


Kif kienet waslet għandek l-aħbar tal-kreazzjoni kardinalizja tiegħek?

Kont diġà l-Arċisqof ta’ Sao Paolo. In-Nunzju Appostoliku, fil-Brażil kien ikkomunikali l-għażla li kien għadu kif għamel il-Qdusija Tiegħu l-Papa. Kelli tmienja u ħamsin sena, u waslet fil-ħames sena tal-episkopat tiegħi.


Għalfejn għażilt bħala motto episkopali tiegħek ‘In Meam Commemorationem’?

Kien diġà l-motto tal-ordinazzjoni episkopali tiegħi. Allura dan il-motto għalija jittraduċi għalija l-fehma tar-rigal tas-saċerdozju u tal-missjoni tiegħi bħala Ministru ta’ Kristu.


X’inhuma l-miri tal-Knisja Kattolika fl-Amerika Latina?

Huma ħafna. Imma qabelxejn li noqogħdu viċin il-popli tagħna u nħabbru lilhom imġedda b’entużjażmu mġedded  u metodi aġġornati l-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù. Min-naħa l-oħra hu bżonjuż li nsaħħu l-fidi u r-relġijożità fil-popli tagħna. Għal dan kollu għandna bżonn żjieda fir-rata tal-vokazzjonijiet u formazzjoni aħjar tal-lajċi tagħna.


Hu ġust li wieħed jgħid li s-saċerdot huwa Ġesù ieħor?

Hu ġust li wieħed jgħid hekk mil-lat sagramentali u għas-servizz li s-saċerdot jiżvolġi f’isem Ġesù Kristu. Min-naħa l-oħra wieħed ma jistax jgħid li s-saċerdot huwa Ġesù Kristu ieħor mis-sens ontoloġiku tiegħu. Kristu huwa uniku, fuq kollox Bin Alla.



Min hu s-saċerdot għan-nies tal-lum?

Huwa ministru ta’ Kristu. Bniedem t’Alla, xhud ta’ Kristu u qaddej tal-umanità, f’isem Kristu u l-Knisja.


Xi jfisser li wieħed għandu jħobb lil Alla b’qalbu kollha?

Ifisser li l-bniedem għandu jqiegħed fiċ-ċentru tiegħu lil Alla; xejn ma jista’ jkun importanti aktar minn Alla. Allura l-kelma tħobb tkun tfisser li wieħed għandu jisma’ lil Alla, jadurah, jobdih, ifaħħru, jafdah, jispera fih u jintelaq fl-imħabba tiegħu.


Min huma l-ħaddiema tal-paċi?

Huma dawk li jirrispettaw b’mod profond lil Alla, lill-bniedem u lill-opra t’Alla kollha. Dawk li jiddedikaw ħajjithom għar-riċerka tal-verità u li jgħixu l-ġustizzja sal-aħħar Huma dawk li jippromwovu l-fratellanza bejn il-persuni u l-popli.


Jekk Alla hu ħanin, għalfejn jeżistu l-ħażen u s-sofferenza?

Din hi mistoqsija dejjem miftuħa u għandha tiġi risposta b’mod definittiv. Is-sofferenza hi anke parti mid-dinamika tal-ħajja u minn proċess ta’ tkabbir u maturazzjoni. Min-naħa l-oħra fejn il-kattiverja umana, hemm anke s-sofferenza! Il-libertà u s-sofferenza jmorru flimkien. Jekk Alla jippermetti s-sofferenza dan jagħmlu għax jippermetti l-libertà tagħna. Madankollu aħna ċerti li s-sofferenza mhix mixtieqa minn Alla.


Kif tara l-appell tal-Papa għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida?

L-appell hu ispirat u opportun ħafna. L-evanġelizzazzjoni qatt mhi skontata u mitmuma. L-evanġelizzazzjoni għandha tkun dejjiema, f’kull ġenerazzjoni, tul il-ħajja kollha.


Xi jseħħ fil-quddiesa?

Il-Quddiesa hija r-ritwal tas-Sagrament tal-Ewkaristija kif ukoll tal-ħajja tal-Knisja. Infakkru l-memorja tar-redenzjoni tagħna nfaħħru u naduraw lil Alla permezz ta’ Ġesù, fid-don tal-Ispirtu s-Santu u nirċievu l-frott tal-grazzja t’Alla.


X’kien l-ogħla punt fil-Pontifikat tal-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II?

L-għażla hi diffiċli. Fuq kollox il-Papa għamel fuq quddiem nett it-tħabbir tal-Vanġelu għall-popli kollha tad-Dinja. Fiċ-ċentralità tal-pontifikat tiegħu hu għamel ukoll lill-persuna umana, lid-dinjità u anke l-vokazzjoni tagħha.


Eminenza fiex tfakkrek Marija Ta’ Nażaret?
Miċ-ċkunija tiegħi, fil-familja kont tgħallimt inħobb lill-Madonna. Hu tant sabiħ li wieħed jaħseb fiha bħala Omm Alla u Omm il-Knisja. Għalhekk kull fejn ikun hemm id-dixxipli ta’ Kristu jkun hemm hi. Fejn hemm Ġesù hemm il-Madonna.

Grazzi

No comments:

Post a Comment