Monday, 15 October 2012

Il-Papa ĠWANNI PAWLU I - Niċċelebraw iċ-ċentinarju minn twelidu.

UMILTA`

Il-Papa ĠWANNI PAWLU I

Niċċelebraw iċ-ċentinarju minn twelidu.

Intervista ma Don Diego Lorenzi

Don Diego Lorenzi jassisti lil-Papa Ġwanni Pawlu I f'Udjenza Ġenerali

Il-Papa Ġwanni Pawlu I: Il-Profeta tal-Umilta'

17.10.1912 - 17.10.2012

Don Lorenzi, kif skoprejt il-vokazzjoni tiegħek?

Minn meta kont tfajjel ħassejt ix-xewqa li nsir qassis. Isseħibt f’seminarju minuri pjuttost kmieni.

Don Lorenzi ggradwa mill-Universita ta' Padova

 Tiftakar f’xi anedotti minn żmien is-seminarju jew mill-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħek?

Jien kont ixxurtjat li ntbgħatt l-Ingilterra biex nagħmel l-istudji teoloġiċi tiegħi, dan seħħ bejn l-1963 u l-1967. Jien iddedikajt l-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħi fil-qasam formazzjoni. Wara, fl-1975, iggradwajt mill-Università ta' Padova.

Il-Patrijarka ta' Venezia, l-Kardinal Albino Luciani

 X’tiftakar mill-ewwel laqgħa tiegħek mal-Patrijarka ta 'Venezja, il-Kardinal Albino Luciani?

L-ewwel laqgħa miegħu seħħet f’Ġunju tal-1976 matul laqgħa djoċesana. F'dak iż-żmien il-Patrijarka kien qed ifittex li jaħtar segretarju privat ġdid minn ordni reliġjuża u mhux mis- saċerdoti djoċesani tiegħu. F’ħin minnu, matul din il-laqgħa huwa avviċinani u staqsieni jekk kontx lest li nieħu r-rwol ta' segretarju privat tiegħu. Huwa kien iltaqa’ mal-kappillan tiegħi ftit qabel ma kien għamilli din l-istedina. Ma kelli l-ebda raġuni biex indum milli nagħtih risposta pożittiva.

Don Diego Lorenzi

 Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tax-xogħol tiegħek miegħu? Kif kienet l-aġenda ta’ kuljum tal-Patrijarka f’Venezja? U f’Ruma bħala Papa?


Ix-xahar ta’ wara, f'Awwissu 1976 bdejt is-servizz tiegħi fis-segretarjat privat tiegħu. Jien ma qsamtx xi responsabbiltà fit-tmexxija tal-Djoċesi. Hu kien espert fl-oqsma kollha; Huwa diġà kellu qassisin li kienu jieħdu ħsieb f'postijiet is-suġġetti tekniċi kollha. Hu ma kienx jinvolvini f’xogħlijiet partikolari. Id-doveri tiegħi ta’ kuljum kienu: nikkonċelebra miegħu filgħodu, nippranza miegħu, nieħdu ħsieb l-appuntamenti ta' dawk li jfittxu li jiltaqgħu miegħu, kont iċ-Ċerimonjier Liturġiku tiegħu, u anke x-xufier tiegħu kull meta kien joħroġ ’il barra. Nista’ ngħid li kont il-kumpann diskret tiegħu.

F'Ruma, fil-Vatikan domna xahar wieħed biss, nista’ ngħid, ekwivalenti għall-ħin li kellna nqattgħu sabiex niftħu l-bagalji tagħna, inħarsu fil-madwar u nitfgħu l-attenzjoni tagħna fuq il-kompiti u d-dokumenti mħejjija għalina mill-esperti fis-Segretarjat tal-Istat.

Il-Patrijarka Luciani ma membru tal-kleru tiegħu.

Kif kienet ir-relazzjoni tal-Patrijarka mal-kleru tiegħu? U mal-merħla tiegħu f’Venezja? Filwaqt li kont isservih qatt innutajt il-virtù tal-umiltà fl-azzjonijiet tiegħu? Elabora.

Lura fiż-żmien, fis-snin bikrija tiegħu bħala Viċi Rettur tas-Seminarju f’Belluno kif iħobb jikkwota lil Santu Wistin lill-istudenti tiegħu. “X’inhi l-aktar virtù importanti? L-umiltà. U t-tieni l-akbar virtù? L-umiltà. U t-tielet? Tibqa’ dejjem l-umiltà!”

Il-motto episkopali ta’ Wojtyla kien ‘Humilitas’ jew ‘Umiltà’. Dan il-motto kien meħud minn kwotazzjoni ta’ Santu Wistin. Il-kelma umiltà ġejja mill-kelma latina ‘humus’ li hija relatata mat-trab tal-art, xi ħaġa li tkun taħt saqajna. Dan il-motto kien użat anke mill-Isqof ta’ Geneva fl-Iżvizzera San Franġisk ta’ Sales li l-kotba tiegħu kienu moqrija minn Albino Luciani fl-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħu.

Ma rridux ninsew ukoll l-umiltà ta’ Omm Ġesù, Marija, fil-Magnificat: ”għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja.”

Dan kien il-karattru tiegħu li kompla żviluppah tul ħajtu. Luciani ma qamx darba filgħodu u beda jħossu umli. Ħadem għal dan il-għan kuljum sabiex ikun jixbah lil Ġesù, kien jikkontrolla t-temperament tiegħu, ma jirreaġixxix, kien ħanin u kien jinsa l-kburija tiegħu.

Kristu qalilna ftit affarijiet. Iżda lezzjoni minnhom seħħet bil-ħasil tas-saqajn. «Jekk Jien li Jien l-imgħallem tagħkom qed nagħmel dan magħkom, intom tridu tagħmlu l-istess mal-oħrajn.»

Finalment għax kien umli aċċetta li jsir Vigarju Ġenerali f’Belluno, Isqof ta’ Vittorio Veneto, Patrijarka ta’ Venezja u Isqof ta’ Ruma.

Dan ma kienx ifisser madankollu, li Luciani kien xi dgħajjef. Meta l-verità Kattolika kienet fil-periklu, huwa kien dejjem sod. Matul il-kampanja tar-referendum dwar id-dħul tad-divorzju fl-Italja fl-1974, Luciani kien ċanfar pubblikament grupp ta’ saċerdoti liberali minn Venezia li kienu favur il-legalizzazzjoni tad-divorzju. Uħud minn dawn is-saċerdoti kienu għalqu l-kuntatti miegħu minħabba dan il-fatt. Hu xorta kien fehemom imma għalih il-verità kattolika kienet il-verità kattolika. Ma tistax tiġi nnegozjata ma’ xi ħaġa oħra.
Kelma tal-aħħar: Fl-ewwel konverżazzjoni mal-pubbliku, fl-ewwel Udjenza Ġenerali kien tkellem dwar l-umiltà. Lura għall-Erbgħa ta’ dik l-għodwa, 6 ta’ Settembru 1976 hu kien ikkwota lill-Patrijarka Abram li kien qal hekk: “Jiena trab u rmied quddiemek O Mulej....”

Il-pubblikazzjoni ta' Albino Luciani - Ġwanni Pawlu I "Illustrissimi"

 L’illustrissimi! Letters written to Jesus, Figaro the Barber, Pinocchio, Mark Twain, Charles Dickens ... What were the aims of Cardinal Luciani behind these letters?

F’dawn l-ittri wieħed jista’ jinnota l-kapaċità tal-pinna ta’ Albino Luciani. Hu kien jikteb din il-proża b’aġilità ġurnalistika. Oriġinarjament dan il-ktieb kien inkiteb f’forma ta’ serje ta’ ittri lil dawk meqjusa bħala l-“Ġganti tal-Passat” u kienu ppubblikati fuq il-“Messagero di Sant’Antonio’ bejn l-1971 u l-1975. Dawn l-ittri kienu indirizzati lil għadd ta’ personaġġi storiċi u mitiċi minn kull era li għaddiet minnha l-istorja tal-umanità. Bosta kritiċi jsostnu li ma kienx faċli għal xi kittieb li jikteb dawn l-ittri ta’ fantasija, però Luciani kien irnexxielu b’mod inkredibbli. Jien naħseb li l-Patrijarka ried japprofondixxi diversi temi tad-Duttrina Soċjali tal-Knisja b’mod mhux tas-soltu.

Swor Lucia dos Santos

Lura f’Lulju 1977, meta l-Kardinal Luciani kien f’ pellegrinaġġ f’Coimbra, il-Markiża ta’ Cadaval kienet organizzatlu laqgħa ma’ Swor Lucia. X’tiftakar minn dik il-laqgħa bejn il-Patrijarka u Swor Lucia? Kif kien il-Patrijarka wara dik il-laqgħa?

Waqafna f’Coimbra ftit qabel ma rritornajna lejn Venezja. Aħna ċċelebrajna l-Quddiesa fil-monasteru lokali tas-sorijiet Karmelitani. Hekk kif ġiet fi tmiemha l-quddiesa hu daħal ġewwa u kellu konverżazzjoni twila ma’ Swor Lucia. Ħadd ma kien preżenti għal-laqgħa bejn dawn iż-żewġ personalitajiet. Imbagħad matul l-ikla huwa qal: ”Swor Lucia hija personalità sabiħa ħafna li tkellmet ħafna waqt il-laqgħa."

Il-Patrijarka ta' Venezia, l-Kardinal Luciani jasal għal-konklavi.

Tista’ taqsam miegħi xi tifkiriet, ġrajjiet mill-mewt ta' Pawlu VI sal-elezzjoni tiegħu għat-tron ta' Pietru?

Tlaqna lejn Ruma fl-10 t’Awwissu, u ġejna ospitati qrib Pjazza San Pietru fid-dar tal-Agostinjani. Il-Patrijarka qatta’ ħafna mill-ħin tiegħu hemmhekk sal-25 t’Awwissu meta mar sabiex jattendi l-konklavi. Lejlet il-konklavi, wara l-ikla ta’ filgħaxija, l-Agostinjan Patri Prospero Grech kien ġab kejk sabiex bih jawgura l-elezzjoni tal-Patrijarka ta’ Venezja għall-Papat. Il-Patrijarka tbissem lejn dawk kollha li kienu bilqiegħda u qal: ”Jien ma naħsibx li nista’ niġi elett; xorta waħda, anki jekk dan għandu jseħħ hemm il-possibbiltà li nirrifjuta.”

Papa Luciani mal-Kardinal Joseph Ratzinger

 Kont ixxukkjat bl-elezzjoni ta’ Luciani għas-servizz petrin. X’kienet il-loġika tiegħek?

Fil-fatt meta l-Kardinal Pericle Felici ħabbar mil-loġġja ċentrali ta’ San Pietru l-elezzjoni għall-papat tal-Kardinal Luciani jien kont wieħed mill-ftit li ma kontx sorpriż għal dak li kien għadu kif seħħ.

Ħa nkun ċar miegħek: Wara li kont għaddejt aktar minn sentejn miegħu fl-akbar varjetà ta’ dmirijiet ta’ kuljum. Din kienet l-impressjoni tiegħi. Bla dubju l-qdusija ta’ dan il-bniedem kellha titpoġġa quddiem l-umanità kollha, u mhux biss quddiem id-dinja kattolika. Fil-ħdax ta’ filghodu tal-ġurnata ta’ qabel jien kont ipprevedejtlu li fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa kien diġà ħa jkun rebaħ għadd kbir ta’ voti.

Luciani kien weġibni lura hekk : Huwa diffiċli li wieħed jipprova jkejjel il-qdusija fi bniedem. Qalli wkoll li jekk il-kardinali eletturi jagħżluh hu kien lest li jirrifjuta l-elezzjoni.

Id-daħna l-bajda. Tfisser li l-eletturi jkunu  waslu għal-għażla tal-Papa.


Fejn kont fil-ħin tad-daħna l-bajda? Kif wasalt sabiex tiltaqa’ għall-ewwel darba mal-Papa Ġwanni Pawlu I?

Jien kont fi Pjazza San Pietru f’nofs dik il-folla kbira. Hu kien ġie elett fir-raba’ skrutinju.

Din id-deċiżjoni kellha taqlibli ħajti ta’ taħt fuq. F’dik il-lejla tas-26 t’Awwissu 1978, għall-ewwel darba kelli nagħmel id-daħla tiegħi fil-Vatikan fi rwol ġdid. Sa dak il-ħin jien kont barrani għal dik id-dinja u ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel.

Jien dħalt mill-kanċell tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, u kont imwaqqaf meta wasalt fiż-żona li kienet issiġillata minħabba l-konklavi. Hemmhekk kont iffaċċjat mill-Markiż Giulio Sacchetti, Taljan lajk u ta’ demm nobbli, li f’dak iż-żmien kien il-Gvernatur tal-Istat tal-Vatikan, u għalhekk kien il-bniedem li kellu f’idu ċ-ċwievet minbarra tal-konklavi. Sacchetti ppermettieli li nidħol. Jien wasalt fil-Palazz Appostoliku minn fejn użajt il-lift.

Kif ħriġt mil-lift ġejt wiċċ imb wiċċ mal-Arċisqof Ernesto Civardi, li kien is-Segretarju tal-Konklavi. Civardi ċċajta miegħi : «Int qiegħed tirrealizza li tista’ tiġi skumnikat?» Jien kellimtu lura: «Jekk jiġri hekk il-Papa jdaħħalni lura fil-komunjoni tal-qaddisin.»

Intennilek: Ma kenitx sorprżia għalija. Ġejt meħud lejn sala kbira fejn il-Papa kien waħdu jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Franciż Jean-Marie Villot. Luciani qam bilwieqfa u qalli: “Il-previżjoni tiegħek kienet eżatta. Mur u għada nerġgħu niltaqgħu!”

Papa Luciani mal-Kardinal Karol Wojtyla

Fil-jiem wara l-elezzjoni tiegħu kien hemm xi laqgħa bejn il-Papa Ġwanni Pawlu I u l-Arċisqof ta’ Krakovja l-Kardinal  Karol Jozef  Wojtyla?

Il-Papa li kien għadu kemm ġie elett iltaqa’ mal-kardinali kollha fil-jiem ta’ wara l-elezzjoni tiegħu ġewwa l-Vatikan. Ftit minnhom iltaqa’ magħhom lejlet il-quddiesa tal-installazzjoni tiegħu.

Il-Papa tat-"Tbissima"

 Kien tassew veru li matul il-pontifikat tiegħu minn żmien għal żmien huwa kien jaqsam il-preżentiment miegħek u Monsinjur John Magee li l-pontifikat tiegħu kien ser ikun qasir u li kien ser jiġi sostitwit mill-“barrani”?

Dan huwa dak li Monsinjur Magee ilu jirrakkonta għal dawn l-aħħar 34 sena. M’għandix kummenti x’inżid.

Il-Papa Pawlu VI jiffirma l-enċiklika 'Popolorum Progressio'


“Huwa d-dritt inaljenabbli ta’ ebda bniedem li jakkumula ġid lil hinn mill-bżonn filwaqt li  bnedmin oħra jmutu bil-ġuħ minħabba li ma jipposiedu xejn." Hu pprietka din il-linja ta’ ħsieb għal aktar minn erbgħin sena u ddikjaraha wkoll bħala Papa waqt l-udjenza ġenerali jumejn biss qabel mewtu. X’taħseb dwar dan?

Bnedmin foqra u oħrajn għonja: Il-Papa Ġwanni Pawlu I ħa din il-kwotazzjoni mill-enċiklika tal-Papa Pawlu VI 'Popolorum Progressio." Peress li ġej minn familja fqira ħafna u missieru kellu jemigra għal ħafna snin fl-Iżvizzera bħala ħaddiem sempliċi biex jgħin lill-familja tiegħu, Papa Luciani fehem profondament l-urġenza għall-ġlieda kontra l-faqar u sabiex jegħlibha. Lura fil-ħamsinijiet hu kien żar lill-qassisin inkardinati fid-djoċesi tiegħu li kienu qed jaħdmu fil-missjoni tal-Burundi fl-Afrika Ċentrali.

It-tarbija Louise Brown, flimkien mal-ġenituri  tagħha


 “Kemm jitwieldu tfal mhux dak li huwa importanti. L-importanti hu li t-tfal li jitwieldu jkollhom opportunità ndaqs għal ħajja tajba u b'saħħitha." Filwaqt li ħafna mill-Kardinali, b’sostenn ghall-projbizzjoni Piju XII dwar l-esperimentazzjoni ġenetika ta' kull tip kienu ħarġu jikkundannaw lil Louise Brown – l-ewwel tarbija dinjija inseminata artifiċjalment. Uħud minnhom saħansitra tawha t-tikketta bħala “t-tifla tax-xitan”. Kuntrarju għal dan il-Kardinal Luciani feraħ lill-ġenituri tagħha. Il-Kardinal Albino Luciani kien kiteb hekk: “Bgħatt il-kongratulazzjonijiet minn qalbi lill-ġenituri tagħha ...” Tliet ġimgħat wara kien ġie elett Papa. Tiftakru dan il-fatt? Tista’ telaborah?

It- tweġiba tiegħi għal din il-mistoqsija hija billi nippreżenta estratt ta' intervista li kien ta fuq linja telefonika u li kienet ippubblikata fl-1 t’Awwissu 1978. F’din l-intervista l-Kardinal Luciani ma kienx qed jitkellem bħala prelat tal-Knisja Kattolika imma bħala ġurnalist. "Minn kull naħa tal-istampa qed jintbagħtu l-awguri u l-isbaħ xewqat  lil din il-koppja Ingliża għat-tarbija tagħhom. Fl-imitazzjoni ta’ Alla, li jixtieq u tant iħobb il-ħajja tal-bniedem, jien ukoll noffri l-isbaħ xewqat tiegħi lit-tarbija. Rigward il-ġenituri tagħha, jien m’għandi l-ebda dritt li nikkundannahom; suġġettivament, jekk dawn ikunu aġixxew b’intenzjoni tajba, huma jistgħu saħansitra jkollhom mertu kbir quddiem Alla għal dak li kienu ddeċidew dwaru, u li talbu lit-tobba li jwettqu f’isimhom.

UN ESTRATTO DAL BOLLETTINO DIOCESANO DI VENEZIA
OTTOBRE-NOVEMBRE 1978

ATTI PATRIARCALI
(Pagine 351/352)

Il Cardinale Patriarca

LA FIGLIA INGLESE DELLA PROVETTA

Intervista per telefono  <Prospettive nel mondo> 1.8.1978

D.- Qual’e’ la Sua opinione circa la bambina inglese nata in laboratorio?

R.- Non m’e’ facile rispondere alla Sua domanda cosi, a spron battuto, dal telefono della stanza d’ospedale, in cui mi trovo, senza libri da poter consultare. E non e’ l’unica difficolta’. Ho, infatti, letto sinora soltanto qualche resoconto di giornale sulla “figlia inglese della provetta”; per proninciarmi oltre i giornali, avrei bisogno di conoscere i dati scientifici stesi dai due medici protagonist. Non solo: in questo momento io non sto parlando come vescovo, ma in veste di giornalista consultato da un collega; in material tanta delicate e quasi nuova, mi metto anch’io in attesa di quanto l’autentico magistero della Chiesa, sentiti gli esperti, vorra’ dichiarare. La mia risposta alla Sua domanda e’ pertanto personale, a mio rischio e pericolo, direi interlocutoria.

     La esprimo nei seguenti Quattro punti.

1  Condivido solo in parte l’entusiasmo di chi plaude al progresso della scienza e della tecnica dopo la nascita della bambina inglese. Il progresso e’ un gran bella cosa, ma non ogni progresso giova all’ uomo. Le armi A B C (atomiche, batteriologiche e chimiche) sono state un progresso, ma insieme, un disastro per l’umanita’. La possibilita’ di avere figli in vitro , se non provoca disastri, pone almeno dei grossi rischi. Esempio: La fecondita’ natural porta, a volte’, come frutto, figli malformati; non ne portera’ di piu la fecondita’ artificiale? Se si, lo scienziato di fronte ai nuovi problem non fara’ la figura dell’apprendista stregone”, che scatena forze poderose senza poi poterle arginare e dominare? Altro esempio: poste la fama di denaro e la spregiudicatezza morale d’oggi, non ci sara’ pericolo che sorga l’industria nuova della ‘fabbrica dei figli’, magari per chi non puo’ o non vuole contrarre matrimonio valido? Se questo avvenisse, famiglia e societa’ non sarebbero in gran regresso piu’
che in progresso?

2  La stampa, daa piu’ parti, invia felicitazioni ai due coniugi inglesi ed auguri alla loro bambina. A imitazione di Dio, che vuole e ama la vita degli uomini, faccio anch’io i piu’ cordiali auguri alla bambina. Quanto ai suoi “genitori”, non ho alcun diritto di condannarli: soggettivamente, se hanno operato con retta intenzione e in buona fede, essi possono perfino avere gran merito davanti a Dio per quanto hanno deciso e chiesto ai medici di eseguire.

3  Scendendo pero’ al fatto in se’ e prescindendo dalla buona fede, il problema morale, che si pone e’: la fecondazione extrauterina, in vitro o in provetta, e’ lecita? Pio XII parlando di fecondazione artificial nel matrimonio, faceva – se ben ricordo – la seguente distinzione. L’intervento del tecnico e del medico serve solo a facilitare l’atto matrimoniale?  Oppure aiuta ad ottenere il figlio, continuando – in qualche modo – un atto matrimoniale gia’ compiuto?  Nessuna difficolta’ morale’; l’intervento puo’ essere posto. L’artificio, invece nonche’ aiutare o prolungare l’atto matrimoniale, addiritura lo esclude e sostituisce? Non e’ lecito pore l’artificio, perche’ Dio ha legato la trasmissione della vita umana alla sessualita’ coniugale. Cosi’, pressapoco, Pio XII; io non trovo argomenti validi per scostarmi da questa norma, dichiarando lecito il separare la trasmissione della vita dall’atto coniugale.

4   “Ma – ho letto su qualche giornale – e’ ridicolo porre problemi morali a chi si avvale della magnifiche conquista della scienza. E, poi, ci sono i diritti della libera coscienza individuale”. Bene, ma la morale non si occupa delle conquiste della scienza; si occupa delle azioni umane, mediante le quali le persone possono usare sia in bene che in male delle conquiste scientifiche. Quanto alla coscienza individuale, siamo d’accordo: essa va seguita sempre, sia che comandi sia che proibisca; l’individuo deve, pero’, sforzarsi di avere una coscienza ben formata. La coscienza, infatti, non ha il compito di creare la legge. Ha altri due due compiti: di informarsi prima cosa cosa dica la legge di Dio: di giudicare poi se c’e’ sintonia tra questa legge e una nostra determinate azione. In altre parole: la coscienza deve comandare all’uomo,non deve ubbidire all’uomo.




Il-Papa Ġwanni Pawlu I waqt indirizz ta' Angelus


"Alla huwa aktar Omm tagħna milli Missier tagħna." X’ried jgħallem lill-umanità l-Qdusija Tiegħu l-Papa permezz ta’ din id-dikjarazzjoni kbira?

Tul il-pontifikat qasir tiegħu, fl-10 ta’ Settembru 1978, il-Papa Ġwanni Pawlu I kien għamel din l-istqarrija nnovattiva. “Alla huwa Missier, u aktar minn hekk Omm.” Din l-affermazzjoni kienet ġiet meħuda bħala 'sorpriża’ fl-ambjenti konservattivi tal-Knisja Kattolika u b’ferħ kbir fost ir-radikali u l-progressisti. 

Il-Papa Ġwanni Pawlu I kien qiegħed jitkellem fil-kuntest b’mod ċar li s-sensittività fl-imħabba materna ta’ Alla ma kenitx tirrappreżenta s-superjorità ta’ sess fuq ieħor, imma biss fil-bdil tal-enfasi minħabba n-natura tal-imħabba materna.


Fejn seta’ jqiegħed lil-Knisja Kattolika pontifikat twil ta’ Ġwanni Pawlu I?

Pontifikat itwal? Għaliex? Ħalli ngħidlek din: Alla talbu sabiex ifakkar lill-umanità li aħna għandna nkunu umli, jiġifieri li aħna għandna nċiedu lilna nfusna għalih! Wara rridu nipprattikaw il-fidi li jfisser li aħna nafdaw lil Alla, nittamaw fih inħobbuħ kif għandna nħobbu wkoll lill-umanità. Kull ħaġa oħra tiġi ġġudikata bħala kliem vojt.

Fix-xahar li dam Papa, l-unika deċiżjoni li kien ħa dwar is-safar kienet waħda negattiva. Hu kien iddeċieda li ma kellux jivvjaġġa, u għalhekk ma kienx ser jattendi l-laqgħa tal-isqfijiet tal-Amerika Latina li kienet skedata fi Puebla, fil-Messiku fl-1979. Il-ħsieb tiegħu kien: “Jien x’nista’ ngħidilhom lil dawk l-isqfijiet hemmhekk fl-Amerika Latina?”

Ġwanni Pawlu I seta’ kien f’ħafna anqas ċelebrazzjonijiet tal-massa kemm fi Pjazza San Pietru kif ukoll f’postijiet oħrajn, u seta’ kien ferm anqas omnipreżenti fil-media.
Hu kien jibża’ mill-applawżi u meta n-nies kienu jieqfu miċ-ċapċip dejjem kien ikun irid jaf min kien bidlilhom ħajjithom.

Hu kien jenfasizza fejn tidħol il-kolleġġjalità u l-kollaborazzjoni. 

Hu kien iħobb jgħid: “Imbierek dak l-isqof li għandu qassisin brillanti aktar minnu.” Kien jemmen fil-konsensus. Dan ma jfissirx madankollu li hu qatt ma seta’ jikkonfronta lill-Kurja Rumana. Hu kien jaf tajjeb li mingħajr l-għajnuna tal-Kurja ma kienx ikollok vista totali ta’ kif il-Knisja għandha tkun iggvernata. Wieħed għandu jkollu fiduċja ta’ din l-organizzazzjoni umana.

Il-Pontifikat tiegħu kien ikun inqas storbjuż u għalhekk inqas storiku.


Tiftakar kif Ġwanni Pawlu I għadda l-aħħar sigħat tiegħu fuq l-art?

Huwa kellu l-waranofsinhar tas-soltu: jaqra, jivverifika d-dokumenti, irċieva kardinal. Fit-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija ppranzajna u kien f’dak il-ħin li qalilna: ”Qed inħoss ftit uġigħ f’sidri imma qiegħed inaqqas.”

Fid-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija kellem permezz tal-linja telefonika lill-Kardinal ta’ Milan, l-Arċisqof Colombo. Tkellmu dwar in-nomina tal-Patrijarka ta’ Venezja li kellu jissostitwih. Wara mxejna miegħu lejn il-kamra tas-sodda tiegħu. Hemmhekk awgurajna l-lejl it-tajjeb lil xulxin u kulħadd telaq lejn soddtu ...

Don Diego Lorenzi flimkien ma Frank Zammit









No comments:

Post a Comment