IL-FAMILJA MQADDSA
Fis-soċjetà
tal-lum ninnutaw it-telfa kbira ta' l-identità tal-familja. Fil-fatt, aħna ninsabu ferm
il-bogħod mill-jum meta konna
nitkellmu dwar il-familja bħala
‘knisja żigħra. Il-familja tal-lum ta' spiss tidher li mhix kapaċi twettaq ix-xogħol tagħha u li fis-snin riċenti
dan wassal sabiex nibdew nitkellmu dwar il-kriżijiet tal-familja, u li wassl għal-kollass ta’ ħafna
familji u koppji, mingħajr ma ndikaw ebda
alternattivi possibbli u konkreti. U dawn il-konsegwenzi jinħassu. L-ewwel nett, iż-żgħażagħ huma konfużi u ma
jistgħux isibu fl-imħabba reċiproka
it-triq ġusta li twassal għaż- żwieġ
Kristjan li permezz tiegħu Alla li huwa l-unika garanzija ta' ferħ u ta' fedeltà fil-ferħ u n-niket, fis-saħħa u
marda tul il-ħajja tagħna ta' kuljum.
Iż-żgħażagħ spiss jagħżlu toroq differenti ieħor u wara jistaqsu lilhom nfushom li dik it-tip ta’ ħajja ma treġiex. Ma
treġiex, għax Alla, hu l-unika garanzija ta’ kull barka u prosperità
għat-tfal tagħhom, u ġie
eliminat mill-ħajja tagħhom ta' kuljum.
Fortunatament, il-familji ma tħallewx waħedhom.
Il-Mulej poġġa quddiem tal-familji
kollha lil-Familja Mqaddsa ta' Nazaret, Ġesù,
Marija u Ġużeppi, bħala eżempju u mudell ta’ ħajja
fis-sensi u l-imgieba kollha tagħha.
Wasal iż-żmien, għalhekk,
li mmorru lura sabiex nħarsu lejn il-Familja ta'
Nazareth sabiex nitgħallmu minnha x’għandu jsir sabiex wieħed ikollu familja li tkun kapaċi teduka u tittrasmetti l-valuri veri. Il-futur
tal-umanità jiddependi fuq il-familja tal-lum, fuq ix-xogħol tal- edukazzjoni, mil-fidi tagħha, permezz tal-imħabba li
l-familja tesperjenza fiha nnifsa u li wara tkun tista' tagħti. Kollox jitlaq mil-familja u għalhekk is-saħħa
morali tagħha hi ta mportanza kbira
għal kull wieħed u waħda
minna.
Il-Familja Mqaddsa kienet dik il-“knisja ż-żgħira” fejn Alla
kien dejjem onorat. Sabiex niffurmaw Knisja domestika, familja nisranija,
irridu nirrealiżżaw li Alla jagħjjat lin-nies, lir-raġel u lil-mara, b’vokazzjoni speċifika li jgħixu dik
is-sejħa fil-ġewwieni tas-sagrament taż-żwieġ. Is-sagrament taż-żwieġ huwa
triq li jwassal għall-qdusija tal-konjuġi u tal-istess familja. Il-qawwa tal-familja u tal-koppja
tiġi mill-imħabba ta 'Alla li jrid jifforma il-familja kbira tal-poplu
Tieghu fil-Knisja.
Mons. Paweł Malecha
Promotore di Giustizia Sostituto del Supremo Tribunale della Segnatura Apostolica
No comments:
Post a comment