"Imbierka inti fost
in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!"
Marija ma Eliżabetta
F'dawk
il-ġranet
Marija qamet u marret tħaffef
lejn l-għoljiet,
f'belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli
Eliżabetta
semgħet
lil Marija ssellmilha, t-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet
f'għajta
kbira u qalet: "Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek
il-frott tal-ġuf tiegħek!” U
minn fejn ġieni
dan li omm Sidi tiġi
għandi? Għax ara, malli
smajt f'widnejja leħen
it-tislima tiegħek,
it-tarbija li għandi
fil-ġuf
qabżet
bil-ferħ. Iva,
hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej."
Imbagħad qalet Marija:
“Ruħi tfaħħar il-kobor
tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla
s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon
tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa 'l quddiem kull
nisel isejjaħli
hienja,
għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex
f'kull żmien
fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta' driegħu,
xerred lil dawk li huma
mkabbra f'qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq
it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b'kull ġid lil min hu
bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom 'il barra
b'xejn.
Ħa
ħsieb
Iżrael
qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu,
bħalma wiegħed lil
missirijietna,
b'riżq Abraham u
nislu għal
dejjem."
Marija
baqgħet
ma' Eliżabetta
għal
xi tliet xhur u mbagħad
reġgħet lura lejn
darha.
No comments:
Post a comment