Friday, 14 December 2012

INTERVISTA (MT) - L-Eminenza Reverendissima Tiegħu, l-Kardinal Camillo Ruini

VERITAS LIBERABIT NOS
Frank Zammit
Jintervista
Lill-Eminenza Reverendissima Tiegħu
Il-Kardinal CAMILLO RUINI
Vigarju Ġenerali Emeritu tal-Qdusija Tiegħu l-Papa għad-Djoċesi ta` Ruma
Kardinal Presbiteru ta` "S. Agnese fuori le mura"
Arċipriet-Emeritu tal-Arċibażilika Papali tal-Lateran
President-Emeritu tal- 'Peregrinatio ad Petri Sedem'


Frank Zammit mal-E.R.T. Il-Kardinal Camillo Ruini qabel l-intervista
13 ta' Mejju 2005: L-ewwel laqgħa tal-Papa Benedittu XVI mal-kleru ta' Ruma
Eminenza x'memorja għandek ta' dik id-data storika, il-festa tal-Madonna ta' Fatima, nhar it-13 ta' Mejju, 2005?
Memorja ta' ferħ kbir. Ta' ferħ għal żewġ raġunijiet. Din kienet l-ewwel laqgħa tal-Papa Benedittu XVI mal-kleru ta' Ruma kif wkoll kien il-jum meta tgħallimt li l-Papa Benedittu XVI kien  se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jagħti d-deroga sabiex jelimina l-perjodu ta' ħames snin li huwa l-intervall bejn il-mewt u l-bidu tal-proċess tal-beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni ta' Ġwanni Pawlu II. Permezz ta' dan id-deċiżjoni wieħed jista' jgħid li kienet ġiet rispettata l-invokazzjoni li kulħadd jiftakar ta' Santo Subito! " li ġiet invokata fi Pjazza San Pietru mill-folla fil-lejl tal-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II, meta Karol Wojtyla miet. Din il-karba tal-poplu inġabaret u ngħaddet fil-proċedura tal-Knisja li bir-raġun għandha tkun rigoruża dwar l-evalwazzjoni tal-kandidat li għandu jgħaddi minn dan il-proċess ta 'beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni.
Il-Kardinal Ruini jassisti lil-Papa Ġwanni Pawlu II f'attivita f'Ruma 
Kardinal Ruini, x'tiftakar dwar l-ewwel laqgħa tiegħek ma' Karol Wojtyla?
Niftakar sew l-ewwel laqgħa li kelli miegħu. Kienet il-Ħarifa tal-1984. Il-Papa kien ilu Papa għal sitt snin u jien niftakar li kont bqajt bla kliem għall-istedina li kien għamilli. Kont ser niltaqa’ personalment għall-ewwel darba ma’ Papa. Imma malajr indunajt li kont affaċċjat b’persuna spontanja u kordjali li beda jistaqsi ħafna mistoqsijiet, mistoqsijiet preċiżi u diffiċli. Għalhekk din il-laqgħa nbidlet f’laqgħa ta’ xogħol u li ġiet mitmuma b’ċena ta’ xogħol. Niftakar li aktar m’għadda l-ħin tul din il-laqgħa aktar bdejt inħossni komdu. F’ħin minnhom kont kważi nsejt li kont qed nitkellem mal-Papa li deher b’tant sempliċità u frankezza.
Tant ħabb lil Marija Santissima 
X'għandek xi tigħd dwar l-imħabba tiegħu lejn Marija ta' Nażaret?
Infatti sa minn żogħżitu, f'komponiment poetiku, u semmiegħ 'Magnificat', it-talba ta' Marija, li Karol Wojtyla kien kiteb meta kellu tmintax il-sena u li wara kien gie ppublikat, fih jigħd li Alla hu stupend fit-tnaqqix tal-qaddisin. Kien jaf u kien skolpa forma ta' qaddis minn zokk b'saħħtu ta' siġra. U dak iz-zokk kien Hu! Kien dak it-tfajjel li qal 'Ikkonservajt mirakolożament iż-żogħżija tiegħi'. Allura nistgħu naraw ġa minn issa li Ġwanni Pawlu II kien iħoss id-devozzjoni tiegħu lejn Marija bħala rigal  li bih ħass is-sejħa għal-qdusija. Nistgħu nigħdu wkoll li nduna bis-sejħa għal-qdusija qabel ma nduna bis-sejħa għas-saċerdozju.
Din il-frażi tesprimi r-ruħ profonda tal-Papa. Il-Papa kien jaħseb li meta kien jagħti lilu nnifsu lil Marija u jaċċetta r-rigal permezz tagħha, f'Marija  Alla għamel l-umanita ta' Ġesu Kristu, b'hekk seta jkollu approċċ aħjar ta' Alla. B'hekk stabilixxa rapport aktar profond ma dak li Hu Iben Alla imma wkoll Iben Marija li Hu Ġesu Kristu. U  b'dan il-mod laħaq it-tlestija, għat-tragward ta' dik li hi l-vokazzjoni Kristjana.
Kellu umanita` profonda
Hemm xi ħaġa fil-personalità tal-Papa Ġwanni Pawlu II li inti tant timpressjonak?
Iva għal bosta affarijiet. Timpressjonani ħafna l-umanità kbira u profonda tiegħu. Umanità li  tikkonkretizza fil-ħsieb għall-oħrajn. Din il-kapaċità kbira li kellha titfgħu hekk qrib il-poplu. Għal passjoni kbira tiegħu għall-Evanġelju u fuq kollox ikun viżibbli, s-sigriet tiegħu. Dan kien ir-relazzjoni kbira tiegħu li kellu ma 'Alla. Naturalment, din ir-relazzjoni tista' titqies b'mod ċar ħafna, meta kien jidher mitluf fit-talb, , iżda anke meta wieħed kien jitkellem miegħu. Minħabba li l-affarijiet kollha, anke l-aktar prattiċi, l-aktar konkreti, l-aktar diffiċli, kienu dejjem indirizzati minnu fid-dawl tal-fidi.
 Papa li nfluwenza l-kultura post-moderna
Eminenza, kif irnexxielu Ġwanni Pawlu II jinfluwenza bit-tagħlim u l- enċikliċi tiegħu lil-kultura post-moderna tal-lum?
Jien ngħid li hu influwenza dan fuq kollox, f'ċertu sens. Huwa għen lilna biex nifhmu li l-sekularizzazzjoni, li hi d-distakkament mill-fidi, mil-Kristjaneżmu m'hijiex  id-destin fatali u inevitabbli tal-era tagħna. Il-Papa wieġeb l-ewwel nett għal dan, u biddel dan il-ħsieb u b'hekk ma tax biss  lura l-kunfidenza lill-insara li jgħixu l-fidi tagħhom, iżda wkoll il-kuraġġ li jixhdu twemminhom. Wieħed ma jistax jinsa istedina inizjali tiegħu "Iftħu beraħ il-bibien lil Kristu" ... Dan kien is-sinjal, il-marka tal-pontifikat tiegħu. L-influwenza tiegħu tat profondita' kbira lil-kultura taż-żmiena. Hu fehem li storikament s-sekulariżazzjoni ma kienetx xi parabola li ttir lejn l-infinit. Imma cert li hu għen ħafna b'kitbietu, bix-xhieda tiegħu, bl-impenn personali tiegħu bl-inteligenza kbira tiegħu li rnexxiela timmodifika din it-triq li reġgħet fetħet il-bieb tal-Kristjanita.
 Dejjem baqa jħossu żagħżugħ
Għaliex il-beatifikazzjoni ta' Ġwanni Pawlu II hi tant sinifikanti għad-dinja taż-żgħażagħ?
Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien il-Papa tagħna lkoll. Imma veru wkoll li l iż-żgħażagħ kien iżommhom hekk qribu!  Għaliex kien il-Papa taż-żgħażagħ?  Għax tul il-ħajja terrena tiegħu  liż-żgħażagħ fehemom.  Kien iħobbom ħafna u tahom il-fiduċja tiegħu. U dan iż-żgħażagħ fehmuh! U b'hekk għalihom kien sar punt ta' riferiment aktar milli dak li kien jattira s-simpatija u l-entużjażmu tagħhom. Niftakru fil-Ġranet Mondjali taż-Żgħażagħ….imma mhux biss fil-Ġranet Mondjali taż-Żgħażagħ…anke issa sitt snin il-bogħod mit-telfa tiegħu naħseb li l-Papa Ġwanni Pawlu II jista jkun ta' għajnuna kbira għaż-żgħażagħ tal-lum..għajnuna l-aktar sabiex jiltaqgħu ma Kristu u b'hekk waqt li jiltaqgħu ma Kristu isibu dik l-għajnuna sabiex iħarsu l-quddiem bi speranza u b'hekk ma jkunux priża tan-nostalġija.
Frank Zammit mal- E.R.T. Il-Kardinal Ruini waqt l-intervista 
Grazzi


No comments:

Post a Comment