Thursday, 20 December 2012

(MT) - L-Anġlu jxandar il-fidwa


L-Anġlu jxandar il-fidwa
It-tħabbira tal-fidwa mill-anġlu



Il-Mulej wera lilu nnifsu lill-umanita f'Betlem, belt fqira li ma kienetx ippreparata għal dak l-avveniment hekk kbir. Seħħ kollox f’għar maħmuġ, fejn - skont il-Papa - ma kienx hemm lanqas il-gendus  u l- ħmara kif konna magħllma tradizjonalment.
Sa dak il-ħin kienu jafu biss Marija u Gużeppi  bil-miġja tal-Messija u kien għalhekk li  l-anġlu ta’ Alla probabilment Gabriel, li ntervjena f’dan il-kaz sa mil-bidu tiegħu ried jorganiżża ftit adoraturi lit-tarbija li kienet għada kif twieldet. Interessanti hu li l-anġlu ma ħabbarx il-miġja tal-Messija lin-nies fit-tverniet fejn ma kienetx ġiet milqugħa l-Familja Mqaddsa ftit tal-ħin qabel. Qisu dan il-fatt skwalifika lil dawn in-nies milli setghu jkunu potenzjalment fost l-ewwel ammiraturi tat-tarbija.
Għalhekk l-anġlu deher lir-rgħajja, li kienu fil-qrib jirgħu l-merħliet tagħhom. Dawn it-talinn kienu kapaċi li jeħduha mal-akbar bhima feroċi sabiex jiddefendu l-merħliet tagħhom izda d-dehra ċelesti tal-anġli setgħet anke twerwirhom bil-biża. Qatt ma kienu għaddew minn waħda bħal dik! Dak kien lejl speċjali li kellhom jibqgħu jiftakruh. Hu qalilhom hekk:
“Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir,
ferħ  li  se  jkun  għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta' David,
twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej.U bħala sinjal
ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura."
F'daqqa waħda ngħaqdu ma' l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, ifaħħru lil Alla u jigħdu:
"Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u
sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu?"
X’setgħu fehemu r-rgħajja minn dawn il-kliem misterjużi ta' l-anġlu? Ċertament dawn kienu semgħu dwar il-miġja tal-Messija li għad kellu jkun ir-Ragħaj tal-poplu  ta' Iżrael. Jekk lil dawn kien  jintqalilhom biex imorru fil-Palazz ta' Erodi sabiex jfittxu lis-Salvatur, ikun ferm  diffiċli għalihom. Iżda jekk l-anġli, li kantaw hekk sabiħ, stiednuhom sabiex iżuru għar fqajjar, x'seta' jkun  fatt aktar naturali minn hekk għal dawk ir-ragħajja. Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u 'l  Ġużeppi, bit-tarbija imgeżwra fi strixxi tad-drapp u mimduda f'maxtura.
 Rev. Mons. Piotr Mazurkiewicz - Varsavja, Polonja

No comments:

Post a Comment