Sunday, 10 February 2013

Intervista lill-Eccellenza Reverendissima l-Arcisqof Zygmunt Zimowski


Frank Zammit jintervista:

L-Eċċellenza Reverendissima Tiegħu
Monsinjur Zygmunt Zimowski
Isqof Emeritus ta’ Radom
President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Operaturi tas-Saħħa


Il-Kunsill Pontifiċju presedut minn Mons. Zimowski milqugħin mil-Papa Benedittu XVI fil-Palazz Apostoliku

Il-ħin tal-intervista

Għaliex  il-Knisja ddedikat il-Jum Dinji għal-morda u s-sofferenti?


Kont marid u ġejt iżżurni!

Il-Jum Dinji tal-Morda - kif speċifikat mill-Beatu Ġwanni Pawlu II fl-ittra tiegħu tat-13 ta 'Mejju 1992 lil-Kardinal Fiorenzio Angelini dwar it-Twaqqif ta din iċ-ċelebrazzjoni – twieldet mill-għarfien tal-Knisja, "mil-eżempju ta’ Kristu, li dejjem ħass matul is-sekli l-obbligu ta' servizz lejn il-morda u lis-sofferenti bħala parti integrali mil-missjoni tiegħu (Dolentium Hominum, 1), "u propju għax tiġi offruta u provduta l-kura u l-wens diżinteressat lil-marid u lis-sofferenti" b’hekk il-Knisja tkun qed tigħx il-mument fundamentali tal-missjoni tagħha "(Christifideles Laiċi, 38). B’dan kollu u dejjem irridu nżommu f'moħħna "n-natura salvifika tal-offerta ta’ tbatija li għandha tiġi migħxa f’komunjoni ma' Kristu, tappartjeni għall-istess essenza tar-redenzjoni" (cf. Redemptoris missio, 78).

Tista' tispjega aktar dwar l-oriġini tagħha?


L-Ittra Apostolika ta' Ġwanni Pawlu II: Dolentium Hominum datata 11 ta' Frar 1985

Il-Jum Dinji tal-Morda, kif diġa spjegajt twaqqfet mill-Papa Ġwanni Pawlu II kważi għoxrin sena ilu. Niftakar li din kienet ukoll inizjattiva mill-predeċessur tiegħi l-Kardinal Fiorenzio Angelini li kien l-ewwel President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema tal-Kura tas-Saħħa. Il-Kardinal Angelini xtaq li jagħqqadu dan il-Jum Dinji mal-festa tal-Pentekoste. Ġwanni Pawlu II wara ġimgħa jew tnejn jaħsibha kien reġa tkellem  mal-Kardinal Angelini urih id-deċizjoni tiegħu li xtaq li jorbot dan il-Jum Dinji tal-Morda mas-sollennita tal-Madonna ta' Lourdes. U kien għalhekk, li din il-ġurnata bdiet tiġi ċċelebrata fil-kalendarju tal-Knisja fil-hdax ta’ Frar kull sena, u b'mod ferm aktar solenni kull tliet snin, bħal ma jsir fl-organizzazjoni  tal-Jum Dinji għaż-żgħażagħ, u għal din is-sena ser niċċelebraw dan il-jum fis-Santwarju  ta 'Altotting, wieħed jista' jgħid li dan hu  "​​santwarju ta 'Benedittu XVI” magħżul minnu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-ġurnata. Aħna diġà lestejna l-programm u kull kuntatt mal-Isqfijiet Ġermaniżi u l-Konferenza tagħhom sabiex jippreparaw dan il-jum, u aħna nemmnu li l-Papa ser jagħmel messaġġ sbieħ f'dik l-okkażjoni.

X'inhu l-messaġġ tal-Papa Ġwanni Pawlu II dwar is-sofferenza?


Diġà fl-ittra appostolika tiegħu "Salvifici Doloris", huwa fakkar li t-tbatija għandha tifsira. U dan ngħiduh għax hu messaġġ akbar, minħabba li l-Papa tkellem dwar it-tbatija? Il-Papa kien raġel ta’ tbatija. Diġà bħala tfajjel, hu kien  tilef lill-ommu meta kellu disa' snin. Għex l-era tat-Tieni Gwerra Dinjija, gwerra terribbli, fejn hu ra tant tbatija. Għalhekk din sensittività kollha tiegħu għal-bnedmin sofferenti, għat-tbatija, u anke għax kien konxju li t-tbatijiet tagħna lkoll magħquda wkoll ma dawk sofruti minn Ġesù Kristu għandom tifsira kbira. Din hija t-tbatija redentiva.

Eċċellenza, x’rikordji għandek dwar il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II?


L-E.R.T. Il-Kardinal Karol Jozef Wojtyla

Hemm ħafna mumenti li verament ifakkruni fil-Papa Ġwanni Pawlu II. L-ewwel darba li ltqajt mal-Kardinal Wojtyla kien fl-1967. Kont diġà seminarista u dakinhar kelli l-pjaċir li nintroduċu lili nnifsi miegħu u ntarraflu bil-ferħ li jien kont qed nattendi s-seminarju maġġuri. Bi tbissima konvinta huwa kien weġibni hekk: "Għandna bżonn ħafna qassisin, saċerdoti tajba, saċerdoti qaddisa.” Wara dan il-fatt kont dhalt nistudja fl-Università Kattolika ta' Lublin, fejn huwa kien iżurna darba kull ġimgħatejn. Kelli okkażjonijiet fejn ħadna l-kolazzjon flimkien, tkellimna. Jien kont nkardinat fid-Djoċesi ta 'Tarnow fin-Nofsinhar tal-Polonja, liema djoċesi  tappartjeni għall-belt  ta' Krakovja. Wojtyla kien il-Metropolita’ tiegħi. Huwa kien ħabib kbir ta' l-Isqof Jerzy Karol Ablewicz li kien dak li ordnani saċerdot. Allura kelli ħafna u   ħafna memorji personali tiegħu ta’ qabel il-bidu tal-pontifikat tiegħu. Fl-1983 bdejt naħdea fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi fejn bħala Prefett kien hem mil-Kardinal Joseph Ratzinger, il-Papa attwali, Benedittu XVI. U kelli ħafna opportunitajiet biex niltaqa ma Ġwanni Pawlu II grazzi anke għas-segretarju tiegħu Monsinjur Stanislaw Dsiwisz li tant kien jistedinna biex nattendu għall-ikel, għall-pranzu, u kien ikollna l-ħin sew sabiex nitkellmu dwar u ma’ Ġwanni Pawlu II, speċjalment nhar il-festi Pollakki fit-3 ta’ Mejju, l-festa tar-Reġina tal-Polonja, fl-‘onomastico’ ta’ Don Stanislaw fit-8 ta’ Mejju  fil-festa ta' San Stanislaw li mijiet ta’ snin qabel kien l-Arċisqof ta' Krakovja, u dawnil-laqgħat kienu verament kuluriti. Kultant, il-Papa kien jibqa sieket, kien ikun irid jisma lilna. Ried ikun jaf il-problemi differenti fil-Knisja u nirritorna lejn Prefett tiegħi, l-Kardinal Ratzinger rrid nigħd li kienu żewġt iħbieb kbar! Żewġt iħbieb, u hemm minn żmien għal żmien kont  naħseb bħallikieku kif kien ikun l-pontifikat ta Ġwanni Pawlu II mingħajr il-kbir Kardinal Ratzinger. U kif kienet tkun il-ħajja tal-Kardinal Ratzinger kieku ma ġiex f'Ruma sabiex ikun hekk qrib ta’ dan ir- raġel qaddis. F’dawn is-snin, tlieta u ghoxrin sena, l-Kardinal Ratzinger  ħejja ruħu sew għall-pontifikat tiegħu.

Tista tiżvelalna  xi ħaġa  dwar il-vokazzjoni saċerdotali tiegħek u dwar l-ewwel snin tas-saċerdozju tiegħek?



Kif diġa għedtlek aktar qabel dwar l-ewwel laqgħa tiegħi mal-Kardinal Wojtyla ċertament kienet sinjal viżibbli u tanġibbli għalija, li għenitni li nasal għas-saċerdozju tiegħi. Jien fuq is-santa tal-ordinazzjoni  tiegħi kont ktibt hekk: "Mulej ser nservik  fil-morda u s-sofferenti." Bħala qassis żagħżugħ  kont ħerqan sabiex inservi lil-ifqar, lil-marid u lis-sofferenti l-Quddiesa Mqaddsa fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar  fi djarhom. Qatt m’għaddieli minn moħħi li xi darba kont ser nkopri l-irwol ta’ President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema tal-Kura tas-Saħħa.

Eċċellenza, semmejt ħafna lil-Kardinal Joseph Ratzinger.  Kemm domt taħdem miegħu fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi?

L-E.R.T. Il-Kardinal Joseph Ratzinger

Ħdimna flimkien għal-ħafna snin. Trid tkun taf eżatt Allura ħdimt miegħu għal-dsatax il-sena u ħmistax il-ġurnata. Kien ukoll żmien verament sabiħ għalija fil-preparazzjoni tiegħi għal-episkopat li kont ġejt ordnat fih. U kien il-Kardinal Ratzinger li ordnani isqof. Servejt lil-merħla tiegħi f’ Radom fejn għal seba' snin  kont ir-ragħaj ta' din id-djoċesi hekk sabiħa.

Meta ltqajt għall-ewwel darba mal-Kardinal Ratzinger?

L-E.R.T. Monsinjur  Joseph Ratzinger - Arċisqof ta' Munich u Friesing

Fil-Ħarifa tal-1975. L-Isqof ta' Innsbruck, Monsinjur Paulus Rusch kien iċċelebra t-tletin sena anniversarju tal- ordinazzjoni episkopali tiegħu u kien stieden lil-Kardinal Ratzinger, allura Arċisqof ta’ Munich u Friesing biex jagħmillu l-omelija ta’ dik il-quddiesa.

Niftakar il-ġesti tiegħu, fl-omelija fluwida tiegħu, l-fidili baqgħu jisimgħuh b’ħalqhom miftuħ.  Hemm hekk kont innotajt li allura  Monsinjur Joseph Ratzinger mhux biss kien  teologu iżda wkoll ragħaj. Rajt anke l-umiltà tiegħu. U din l-ewwel impressjoni tiegħi dwaru baqgħet miegħi għal dejjem

Tista' tirrakuntalna  xi ġrajja mil-ħajja tal-Kardinal Ratzinger?

Il-Kardinal Joseph Ratzinger ma' Fr Joseph Fessio. l-fundatur tal-"Ignatius Press" fl-Istati Uniti

Storja li għadda minnha fl-Istati Uniti. Il-Kardinal Ratzinger akkumpanjat minn qassis Amerikan vvjaġġaw lejn l-Istati Uniti. Fi New York  kif nafu tajjeb, wieħed irid jagħddi mil-kontrolli tal-passaport. Huwa wera l-passaport tiegħu imma ma kellux il-viża meħtieġa biex ikun jista jidħol fil-pajjiż. L-uffiċjal tas-Sigurta qaltlu: "Imma inti ma għandekx viża." Huwa ġibed passaport ieħor din id-darba Ġermaniż, li wkoll kien bla viża. L-istess uffiċjal talbitu jiddikjarala kienx dieħel fl-Istati Uniti fuq 'vjaġġ ta’ negozju” jew fuq “vjaġġ turistiku"? u l- Kardinal qalilha, li ma kienx jaf," hu kien dieħel  uffiċjalment bħala l-Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Il-qassis amerikan meta ra dan ix-xenarju  avviċina lil-mara u qalilha: "Sinjura, dan huwa l-Kardinal Ratzinger, il- mistieden tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti." Il-mara wieġbet lura: "Imma hu m’għandux viża biex jidħol." Ġie raġel ieħor daħal u tah viża għal tletin jum. Il-Kardinal hemm hekk kellu programm ta’ aktar minn ġimgħa u fl-aħħar meta kien qed jiġi ospitat fi pranzu  mil-Isqfijiet Amerikani, waqt li kien eventwalment qed jaghlaq id-diskors finali l-Kardinal Ratzinger kien svelalhom x’kien ġralu fl-ajruport: "Issa naf x'tip ta' vjaġġ kelli fl-Istati Uniti. Huwa qal li kellu żewg vjaġġi eżatt kif kienet staqsietu dik is-sinjura: “A business trip and a pleasure trip!”

Int li kont hekk qrib l-aħħar żewġ Papiet,  kif tista' tqabbel lil Ġwanni Pawlu II ma’ Benedittu XVI?

L-ogħla livell ta' kollaborazzjoni

Fl-intervista li l-Papa Benedittu XVI kien ta lil-stazzjon ta televiżjoni Pollakk kien qal xi ħaġa ferm sabiħa dwar il-Papa ta’ qablu. Kien qal hekk: "Huwa veru li Ġwanni Pawlu II ħalliena iżda ma marx il- bogħod minna”. Huwa kompla: "Inħossu vicin tiegħi u sahansitra nħossu jaqbadni minn idejha." Naraw hawnhekk l-ħbiberija ġganteska bejn dawn iż-żewġ Papiet anke jekk il-Pontifikat ta’ Benedittu XVI huwa oriġinali u  differenti pero jmiss lil-qlubna bid-diskorsi tant sbieħ, hekk imkejla u profondament teoloġici. Nirrepeti darb'oħra li l-ħbiberija bejn dawn iz-zewg Papiet  li servew lil-Knisja għal tlieta u għoxrin sena flimkien. Għaliex il-Kardinal Ratzinger għal għoxrin tliet snin kien il-Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. U l-Papa Ġwanni Pawlu II dejjem  kien jgħid li meta jkun affaċjat minn problema teoloġika kien idur fuq il- Kardinal Ratzinger u b’hekk kien ikun trankwill għall-aħħar.

Allura int ħdimt ukoll ma' ċertu  Monsinjur Scicluna. X'tista' tgħidli  dwaru?

L-E.R.T. Il-Kardinal Joseph Ratzinger ma Monsinjur Charles J. Scicluna

Sfortunatament meta Monsinjur Scicluna daħal fil-kongregazzjoni jien kont diġà qed inservi f’Radom fil-Polonja. Imma nafu tajjeb ħafna. Huwa raġel tal-Knisja, raġel li tant iħobb il-Knisja. F'dan iż-żmien nixtieq li kordjalment insellem lill-poplu Malti, poplu hekk Kattoliku u li Ġwanni Pawlu II dejjem ammira lil-Malti dejjem viċin il-knisja, ħdejn Kristu, lit ant  iħobbu lil-arthom, is-sabiħa Malta.

Kif sirt taf dwar l-elevazzjoni tiegħek għall-episkopat?

L-E.R.T. Il-Kardinal Joseph Ratzinger jordna Isqof lil Mons. Zygmunt Zimowski

Kienet ftit sorprendenti  għalija. Il-predeċessur tiegħi, l-Isqof Chrapek kien miet f’inċident bil-karozza. Konna ħbieb, aħna studjajna flimkien fl-Università Kattolika ta’ Lulblin u sibt din il-ħatra bħala kontinwazzjoni ta' dak li l-predeċessur tiegħi kien għamel fis-sentejn li kien ilu jirgħa l-merħla f' Radom. Kelli daqsxejn ta 'biża', anke biża ', minħabba li jien kelli biss sentejn esperjenza ta’ xoghol pastorali f’parroċċa, u wara jien dejjem ħdimt fl-uffiċċju. Iżda l-grazzja ta 'Alla u tal-Ispirtu s-Santu għenuni nkun qrib il-merħla fdata lili.

Kif sirt taf dwar il-ħatra tiegħek bħala President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ħaddiema tal-Kura tas-Saħħa?

L-E.T. Il-President Mons. Zygmunt Zimowski jżur lil-morda

Din il-ħatra waslet fit-18 t’April 2009, madwar seba' snin wara li kont maħtur bħala Isqof ta' Radom. Ħsibt, li l-Papa Benedittu XVI kien ftakar fija. Jista jkun li kien sema’ li  bħala isqof kont qed nagħmel ħafna għall-morda fid-djoċesi tiegħi u jien nistqarr b’umilta` li din il-ħatra tatni ferħ kbir, tatni sodisfazzjon kbir u li stajt nigħx aktar dawk il-kliem li kont  ktibt fuq is-santa tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħi: "Jien ser inservik  fil-morda u fis-sofferenti."

Kif inhi ġurnata tipika tiegħek fil-Kunsill Pontifiċju?

L-E.R.T. Il-President Mons. Zimowski ma' Frank Zammit waqt konferenza fil-Belt tal-Vatikan

Xogħol. Fil-għodu kmieni niċċelebra l-quddiesa fil-kappella privata tiegħi mas-segretarju partikolari tiegħi, Don Pietro, u wara l-kolazzjon nerħielha lejn l-uffiċju. Hemm dejjem ikun hemm numru ta' problemi xi jkolli xi  nsolvi, imma ma nsolvix waħdi. Għandna segretarju, lil Monsinjur Jean Marie Mupendawatu, u għandna   sotto-segretarju lil Padre Chendy li kont ħdimt miegħu għal bosta snin naħseb għal disa' snin fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Allura fl-uffiċju hemm din l-armonija, din il-kollaborazzjoni sabiħa bejn l-ogħla tlett superjuri. U aħna għandna kollaboraturi oħra li jaħdmu hawn uħud minnhom ilhom hawn għal-ħamsa u għoxrin sena  għax-Kunsill Pontifiċju tagħna, twaqqaf mill-Papa Ġwanni Pawlu II  aktar minn seba u għoxrin  sena ilu, eżattament għada jagħlaq tmienja u għoxrin sena.

X'inhuma l-miri  ewlenin tal-Kunsill Pontifiċju mmexxi minnek għal din is-sena. Taħseb li  jintlaħqu?


Konferenza organiżżata mil-Kunsill Pontifiċju mmexxi mil-President Mons. Zimowski

Għal din is-sena għandna għal darb'oħra konferenza li titkellem dwar l-operaturi tas-saħħa bħala aġenti tal-ħajja fid-dawl tad-duttrina li aħna rċevejna mingħand iI-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, Papa Marjan  li tant kien difensur tal-ħajja.

Liema rabta speċifika tagħaqqad lil  Marija mad-dinja tas-sofferenza?
Marija waħdet d-dulur mat-tama fil-qawmien mil-mewt ta' binha Gesu`

Marija għexet il-mument qaddis taħt is-salib ta' binha Ġesù u kif kien ipprofetizza tajjeb l-Profeta Xmun li kien qal li Marija kellha ssofri u li qalba kellha tiġi minfuda minn dulur kbir. Imma d-dulur tagħha kienet imwaħħad mat-tama fil-qawmien mil-mewt ta’ Binha Gesu`.

X’jista jaghmel il-Kunsill Pontifiċju mmexxi minnek għall-promozzjoni ta' l-kultura favur il-ħajja u s-saħħa?

Nixteq nirrispondik bil-kwotazzjoni meħuda mill-enċiklika Evengelium Vitae li kien kiteb il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II : "Il-ħajja tal-bniedem ti​​ġi minn Alla, hija r- rigal tiegħu, l-immaġni, l-marka u l-partecipazzjoni tan-nifs vitali tiegħu. Minn din il-ħajja, Alla għalhekk huwa l-Mulej uniku: il-bniedem ma jistax jiddisponi minnhom. Alla nnifsu jagħmel dan ċar lill Noe` wara d-dilluvju: Nitlob il-Kont tal-ħajja tal-bniedem għal-bniedem fir-rigward tal-aħwa (Gen:9,5)  It-test bibliku huwa kkonċernat dwar l-enfasi ta’ kif il-qdusija tal-ħajja għandha l-pedament tagħha f'Alla u fl-azzjoni krejattiva tiegħu. Biex tiġi promossa kultura ġenwina tas-saħħa għandna bżonn li tiġi żviluppata antropoloġija korretta li ma tieqafx fil-ġid u s-saħħa tal-ġisem, iżda pjuttost  titlob lil-persuna umana, lil-bniedem,  fl-intier tiegħu, fl-għaqda spiritwali tiegħu. Il-Kunsill Pontifiċju ddispona għal ħafna snin minn dokument, ekwivalenti għal-“Magna Carta” għal-ħaddiema tas-settur tas-saħħa, magħrufa wkoll bħala "aġenti tal-ħajja." Dawn il-ħaddiema huma mmexxija fil-missjoni tagħhom  mil-fidwa ta' Kristu u l-grazzja salvifika tiegħu" tlaħħaq mal-bniedem u ma’ kull kundizzjoni umana tiegħu u għalhekk anke rigward il-mard, t-tbatija u l-mewt "(Ġwanni Pawlu II, Ittra Appostolika Salvifici doloris , n. 2). Allura li wieħed jitħadded dwar il-kultura tas-saħħa, fil-kliem ta Kardinal Fiorenzo Angelini, wieħed ikun irid jikkunsidra l-valur primarju li huwa intrinsikament marbut mal-valur tal-ħajja, tal-ħajja kollha u l-ħajja ta' kulħadd."

X'inhu r-rwol ewlieni tal-Kunsill Pontifiċju fdat lilek mil-Papa Benedittu XVI  fid-dinja tal-lum?




Nikkoordina dan ix-xogħol kollu u anke li nitkellem  mal-knejjes lokali dwar il-problema li jigu ffaċċjati fis-settur tas-saħħa. Għandna rapport tajjeb ħafna mal-knejjes lokali  permezz tal-Isqfijiet li huma delegati tal-konferenzi episkopali għal dan is-settur sanitarju.

Id-dinja għadha ffaċċjata minn problemi kbar tas-saħħa (HIV / AIDS, Lebbra) fl-istess ħin  l-mexxejja dinjija għadhom jinvestu ħafna flus fl-armi tal-qerda. X'tista 'tikkummenta?
Il-marda tal-lebbra għadha taħkem sew fil-kontinent Afrikan

Sfortunatament! Aħna verament irridu li nagħmlu tant għall-morda u nafu li hemm ħafna, ħafna problemi, problemi differenti fl-Ewropa, numru ta' problemi fl-Afrika. Żmien ilu kien kellna konferenza ta' tlett ijiem f'Novembru fejn aħna trattajna t-tema sabiħa ħafna għall-kura ta' pazjenti. Allura  aħna rridu li kull bniedem għandu jkollu din il-possibilita` biex jikkura ruħu u sfortunatament fil-pajjiżi Afrikani din il-problema ma għada mhix solvuta, allura hemm bżonn aktar tagħmir għat-tobba, il-pazjenti u inqas għall-bombi u aħna għandna dejjem nitolbu għall-paċi fid-dinja. Irridu nirrealiżżaw t-tema ta' din il-konferenza għall-kura tal-marid b’mod  aktar ekwu u  uman.

U s-solidarjeta dinjija hi nieqsa xejn?  Minn min?


Hemm bżonn ta' aktar solidarjeta!

Jinħass ħafna n-nuqqas tagħha  u ninsab kburi li din il-kelma ‘solidarjetà’ nibtet minn pajjiżi l-Polonja, l-pajjiz ta’  Ġwanni Pawlu II u din is-solidarjetà wkoll hi mitkellma ħafna drabi mil-Papa Benedittu XVI speċjalment fl-enċiklika tiegħu Caritas in Veritate.

Liema kien l-aktar  jum sabiħ għalik  f'dan il-Kunsill Pontifiċju minn żmien tal-ħatra tiegħek fih?


L-E.R.T. Il-Kardinal Fiorenzio Angelini: L-ewwel President

L-E.R.T. Il-Kardinal Javier Lozano Barragan: It-tieni President

Kien meta ċċelebrajna l-ħamsa u għoxrin sena anniversarju tal-Kunsill Pontifiċju. Aħna konna stedinna lill-ewwel president tagħna, l-Kardinal Angelini, kif ukoll lil-Kardinal Lozano Barragán li kien it-tieni President u kellna ċelebrazzjoni tal-Quddiesa mal-Papa Benedittu XVI. Kien hemm ħafna morda, ħafna tbatija u fil-lejla tal-11 Frar aħna rreċtajna t-talba tar-Ruzarju Mqaddes fi Pjazza San Pietru. Il-Papa f’ħin minnhom ħareġ mit-tieqa tal-appartament tiegħu fil-Palazz Apostoliku u tana l-barka tiegħu. Dan kien ferħ immens għalina minkejja l-kesħa li konna qed naffaċjaw f'dik il-ġurnata xitwija.

Iż-żewġ predeċessuri tiegħek li servew lil dan il-Kunsill Pontifiċju kienu Kardinali . Eċċellenza,  għalik  jeżisti dan ir-riskju “aħmar”?


Il-Kulleġġ Kardinalizju

Ma  nafx nigħdlek, ma tiddependix minni ... tiddependi fuq il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI u l-kardinali. Jekk xi darba tasal  ma tkunx għalija imma għall-Kunsill Pontifiċju tal-Operaturi tas-Saħħa.
Awissu 2011: Żjara ta' kortesija li għamilt lil-President Mons. Zimowski flimkien ma binti Francesca

Grazzi
fz


No comments:

Post a Comment