Wednesday, 5 April 2017

IL-FABBRIKA TAL-QADDISIN

IL-FABBRIKA TAL-QADDISIN

Image result for LA FABBRICA DEI SANTI

Permezz tal-kostituzzjoni “Immensa Aeterni Dei” tat- 22 ta’ Jannar 1588 tal-Papa Sistu V kienet ikkrejata s-Sagra Kongregazzjoni tar-Riti li nghatat il-jedd li tirregola l-Kult Divin kif ukoll sabiex titratta l-Kawzi tal-Qaddisin. Dawn iz-zewg kompetenzi kienu twahdu fl-istess dikasteru minhabba li l-Kawzi tal-Qaddisin kienu jikkonkludu bl-introduzzjoni ta’ Qaddej t’ Alla fil-Kult tal-Knisja.

L-idea li l-Kongregazzjoni tar-Riti kellha tinqasam f’zewg dikasteri diga kienet mahsuba f’dokument preparat ghar-riforma tal-Kurja tal-Papa San Piju X giet realizzata mil-Papa l-Beatu Pawlu VI permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika “Sacra Rituum Congregatio” tat- 8 ta’ Mejju 1969. B’hekk kienu krejati zewg kongregazzjonijiet dik tal-Kult Divin u l-ohra tal-Kawzi tal-Qaddisin.

Permezz tal-istess kostituzzjoni, l-kongregazzjoni l-gdida dik tal-Kawzi tal-Qaddisininghatat struttura maqsuma fi tlett ufficji…dak gudizzjarju, dak tal-Promotur Generali tal-Fidi, u dak storiku li hu l-kontinwazzjoni ta’ dak krejat mil-Papa Piju XI fis-6 ta’ Frar 1930.

Din il-Kongregazzjoni kellha wkoll il-kancellerija taghha. San Gwanni Pawlu “Il-Kbir” ta attitudnijiet godda lill-istess kongregazzjoni permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika “Divinus Perfectionis Magister” li kienet ippubblikata nhar il-25 ta’ Jannar 1983.

KIF WIEHED IKUN DIKJARAT QADDIS

Dan il-process hu maqsum f’hames tapep.

L-ewwel tappa.

Generalment il-process sabiex wiehed jigi dikjarat qaddis ma jistax jibda qabel ma jkunu ghaddew hames snin mil-mewt tal-kandidat ghal-qdusija. Dan sabiex jeliminaw kull tip t’emozzjoni fil-hin ta’ mewtu u b’hekk ix-xoghol isehh b’aktar oggettivita.

Il-process ta’ Gwanni Pawlu “Il-Kbir” kien inghata deroga mil-Papa Benedittu XVI u b’hekk inheles mill-istennija li jaghddu l-hames snin u b’hekk beda xhur wara mewtu.

It-Tieni Tappa

Tinfetah investigazzjoni sabiex jigu studjati l-vitujiet teologali tal-kandidat Kemm personalitajiet kif ukoll entitajiet jistghu jitolbu lill-Isqof tad-djocesi sabiex jiftah da nil-process/investigazzjoni.

Jibdew jingabru l-provi dwar il-hajja u x-xewqat tal-kandidat u anke jibdew jissejhu x-xhieda. Jekk ikun hemm provi sufficjenti l-Isqof tad-Djocesi jitlob lil-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin, l-permess sabiex jinfetah il-kaz.

Meta l-kaz ikun accettat sabiex ikun ikkunsidrat l-kandidat jibda jissejjah bhala “Serv t’Alla”.

It-Tielet Tappa

Il-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin tezamina x-xhieda dwar il-qdusija tal-kandidat, xoghlu u l-azzjonijiet tieghu.

Jekk il-Kongregazzjoni tapprova l-Kaz taghddih lil-Papa. Jekk il-Papa jiddeciedi li l-kandidat ghex l-erojcita tal-virtu allura l-kandidat jibda jissejjah “Venerabbli”.

Ir-Raba Tappa

Sabiex kandidat jilhaq li stadju ta’ Beatu jkollu jitwettaq miraklu bl-“intercessjoni tieghu” quddiem Alla. Il-miraklu fuq kollox irid jigi attribwit lil kandidat.

L-uniku eccezzjoni sabiex kandidat jigi dikjarat beatu minghajr ma jkollu ghalfejn jitwettaq miraklu hu meta l-kandidat ikun martri, jigifieri li l-kandidat ikun miet ghal-fidi, allura dan ikun beatifikat minghajr il-miraklu.

Il-Hames Tappa

Il-hames tappa hi meta l-kandidat ikun dikjarat qaddis. Sabiex kandidat jilhaq s’hawn ikollu jwettaq miraklu iehor, li jkun attribwit lilu wara li jsehh talb f’ismu mil-fidili, wara li jkun beatifikat

Il-Beatu Gwanni XXIII inghata deroga mil-Papa Frangisku u nehhielu l-bzonn tat-tieni miraklu sabiex jiddikjarah qaddis anke ghal-fatt li dan il-Papa kien akkreditat bhala dak li wettaq il-Koncilju Vatikan II.


San Gwanni XXIII kien dikjarat qaddis flimkien ma’ San Gwanni Pawlu “Il-Kbir” f’April 2014.

No comments:

Post a Comment